. FESTA KUNCIZZJONI HAMRUN

TAGHRIF STORIKU U KONTEMPORANJU DWAR IL-FESTA TAL-IMMAKULATA KUNCIZZJONI, IL-PARROCCA U L-HAMRUN

 

 

L-ORIGINI TAL-PARROCCA

 

 

F’dawk iz-zminijiet, uzanza komuni u helwa kienet illi kull familja fid-dar taghha kien ikollha rokna ckejkna ddedikata lill-Madonna jew lil xi qaddis iehor.  U hekk kellha l-familja ta’ Pawlu Burlo`, ragel twajjeb imwieled il-Belt Valletta fl-1887. Sa minn ckunitu Pawlu flimkien ma’ missieru kien izejjen l-altar tal-kappella ckejkna li huma kellhom taht it-tarag tad-dar taghhom.  Meta mbaghad kiber, Pawlu kompla b’din it-tradizzjoni billi ghamel kappella ohra, din id-darba fid-dar tieghu f’numru 20, Triq Vitale l-Hamrun.  Ta’ kuljum Pawlu flimkien ma’ martu Karmena u l-erba` ulied kienu jghid ir-ruzarju fil-kappella li hu kellu taht it-tarag.

 

F’Mejju tal-1920 Pawlu gietu l-idea li ghal dak ix-xahar jistieden lit-tfal tal-inhawi sabiex flimkien mieghu jghidu r-ruzarju.  Imbaghad meta wasal l-ahhar tax-xahar hu ghamlilhom festin ckejken billi zejjen l-altar kif jixraq, lestilhom xi helu u anki gab il-muzika go daru stess.  Ma naqasx ukoll li jixghel il-faccata tad-dar tieghu bid-dawl. 

 

Is-sena ta’ wara hu rega` ghamel l-istess u t-tfal li attendew is-sena ta’ qabel mhux talli regghu marru izda talli maghhom hadu ukoll lill-hbieb u lill-genituri taghhom, tant li hafna minnhom kellhom joqoghdu fi kmamar ohra fid-dar tieghu.  Hawnhekk Pawlu ntebah li jekk kien se jibqa` sejjer b’din it-tradizzjoni ma kellux triq ohra hlief li jsib post akbar sabiex juzah ghal dan l-istess skop.  Fil-fatt hu kien irnexxielu jikri terran akbar fl-istess triq u hawnhekk barra li kien jinghad ir-ruzarju, ta’ kuljum lin-nies prezenti beda jghamlilhom ukoll hsieb spiritwali qasir.  Ghal dan il-ghan kien intghazel il-kjeriku Karmenu Gatt.

 

F'Mejju tal-1923, Pawlu talab lill-kappillan tal-Hamrun Dun Guzepp Muscat sabiex jorganizza festa akbar minn dik ta’ qabilha, izda peress li din kienet se tkun festa pubblika hu kien qallu li kien jinhtieg il-permess mill-kurja.   Ghalhekk Pawlu inkariga lis-sur Hugh Campbell sabiex imur jitkellem il-kurja f’ismu.  Min-naha tieghu l-E.T. Monsinjur Isqof Portelli meta sar jaf bil-gid spiritwali li kien qed isir hemmhekk, mhux talli ta l-permess mehtieg, izda talli heggeg lil Pawlu sabiex il-kappella tibqa` tinzamm miftuha is-sena kollha. 

 

Fl-1 ta’ Gunju tal-1924 l-Isqof Portelli stess kien qaddes quddiesa f’dan il-post.

 

Maz-zmien anki dan il-post sar zghir u hawnhekk Pawlu kellu jikri post akbar, bieb ma’ bieb ma’ dak li kellu qabel. Hu ttrasferixxa kollox ghal hemmhekk u minnufih beda jarma l-kappella bl-ahjar mod possibbli.  Hemmhekk ghamel prospettiva ta’ l-injam sabiex biha kesa l-hitan tal-kamra u fiha pogga l-altar.

 

Hdax-il sena wara Pawlu mexxa kollox f'terran iehor proprjeta` tas-sur Antonio Grech, din id-darba fi 12, Triq id-Duluri l-Hamrun.  Il-post kien jikkonsisti f’zewg kmamar u bitha.  Li ghamel hemmhekk Pawlu kien illi nehha l-hajt ta’ bejn il-kmamar, gholla s-saqaf, ghamel gallerija ghall-orgni fuq il-bieb ta’ barra u bena parti mill-bitha sabiex fiha ghamel sagristija zghira.  Imbaghad, fuq bena kamra sabiex fiha jkun jista` jerfa` l-affarijiet tal-kappella.  Ghall-bidu is-sur Grech, propjetarju ta’ dan it-terran beda jiehu sbatax-il xelin kera izda meta ntebah bil-gid li kien qed isir, bejn l-1937 u l-1941 hu nizel ghal nofs lira, sakemm aktar tard hu ma ried xejn hlief li ssir quddiesa kull disgha tax-xahar ghal ruh ibnu li kien miet fil-gwerra.  Minn hawnhekk il-quddiem il-post beda jissejjah "L-Oratorju tal-Immakulata Kuncizzjoni".

 

L-ewwel quddiesa f'dan l-oratorju tqaddset mill-Kanonku Amabile Camilleri, wara li l-E.T. Monsinjur Isqof Mauru Caruana kien hareg il-permess mehtieg.  Ghall-bidu dawn bdew isiru nhar xi festa tal-Madonna, Festi Kmandati u l-Hdud u aktar tard anki fil-granet tax-xoghol.  Barra l-quddies bdew ukoll isiru funzjonijiet u pellegrinaggi. 

 

Inxtraw ukoll xi statwi fosthom dik ta’ Marija Immakulata, tal-Qalb ta' Gesu', ta' San Guzepp u tal-Ecce Uomo.  Imbaghad aktar tard Pawlu beda jghallem d-dutrina lit-tfal tal-inhawi flimkien ma’ Hugh Campbell u Anna Muscat .

 

Fis-sena 1945 kien tfakkar il-hamsa u ghoxrin sena anniversarju mit-twaqqif ta’ dan l-oratorju li sa dak iz-zmien kien tant ghamel gid fost ir-residenti tal-inhawi.  Ghal din l-okkazjoni unika u hekk specjali t-toroq tal-inhawi kienu zzejnu bil-pavaljuni, bandalori, bnadar, liedna u anki bil-fustuni bil-bozoz.  Il-kappella kienet intramat ukoll bl-ahjar mod possibbli.  Kien anki ntrama damask ta' lewn ahmar mal-kappella kollha u fic-centru tpoggiet l-istatwa tal-Kuncizzjoni.  Kienu mistiedna xi baned fosthom ta' San Gejtanu u ta' San Guzepp tal-Hamrun sabiex iferrhu lin-nies tal-madwar.  Bhala tifkira dejjiema ta' dan anniversarju hekk importanti twahhlet ukoll lapida kommemorattiva ta' l-irham.

 

Dan l-oratorju baqa’ jaqdi l-htigijiet tan-nies tal-lokal sas-sena 1958 sakemm f’dik is-sena kienet issaqqfet il-parti ta’ taht tal-knisja l-gdida u ghalhekk kollox mexa ghal hemmhekk.

 

IL-LAPIDA TAL-IRHAM

 

Din ta' hawn taht hija l-iskrizzjoni li giet mikxufa minn Patri M. Mifsud dakinhar tal-okkazjoni tal-gheluq il-hamsa u ghoxrin sena mit-twaqqif tal-Oratorju tal-Kuncizzjoni.  Din l-iskrizzjoni kienet inkitbet mill-Professur Patri Pawl Tabone O.F.M. u l-kliem tnaqqax fuq lapida tal-irham abjad. 

 

Sfortunatament il-lum il-gurnata din il-kappella ma ghadiex tezisti u dan ghaliex snin ilu kienet twaqqghet u minflokha nbena kazin.  Kien zball verament kbir li dan il-post hekk uniku u importanti ma giex ippriservat u kien zball ferm akbar illi l-Parrocca telqet lil dan il-bini storiku minn taht idejha.  Ghall-inqas il-lapida ghadha imwahhla mal-faccata sal-gurnata tal-lum ghalkemm mhux fil-post originali taghha.  Il-lapida tghid hekk:

 

 

 

IL-FESTA LI SARET FL-1945 FL-OKKAZJONI

 

TAL-HAMSA U GHOXRIN SENA

 

MIT-TWAQQIF TAL-ORATORJU

 

(Dan il-programm hu kopja ezatta ta’ dak li kien inkiteb dakinhar)

 

Fl-1945 l-Oratorju tal-Immakulata Kuncizzjoni ghalaq hamsa u ghoxrin sena mit-twaqqif tieghu u ghal din ic-cirkostanza l-fundatur ta’ l-oratorju, Pawlu Burlo` flimkien mal-kumitat tal-festa mwaqqaf taht il-presidenza tas-Sur Guze` Busuttil ghamlu festi sbieh li jibqghu msemmija fl-istorja ta’ dan l-oratorju.

 

 

Il-PROGRAMM TAL-FESTI KIEN IMQASSAM HEKK.

 

L-Erbgha, 30 ta’ Mejju, l-ewwel jum tat-tridu

 

Fis-7 ta’ filghaxija wara li nghad ir-ruzarju saret priedka minn Patri Pubblio Micallef, O.E.S.A.  Wara l-priedka sar il-kant tas-Salve u tal-Litanija u nghatat il-Barka Sagramentali.

 

Il-Hamis, 31 ta’ Mejju, it-tieni jum tat-tridu

 

Fis-7 ta’ filghaxija wara li nghad ir-ruzarju saret priedka minn Patri Avertano Saliba O.C. Wara l-priedka sar il-kant tas-Salve u tal-Litanija u nghatat il-Barka Sagramentali.

 

Il-Gimgha, 1 ta’ Gunju, l-ahhar jum tat-tridu

 

Fis-7 ta’ filghaxija wara li nghad ir-ruzarju saret priedka minn Patri Gundisalvo Grech O.P. S.Th.L.  Wara l-priedka sar il-kant tas-Salve u tal-Litanija u nghatat il-Barka Sagramentali.

 

Is-Sibt, 2 ta’ Gunju, lejlet il-festa

 

Filghodu saret quddiesa bit-tqarbina generali.

Fis-6 ta’ wara nofs inhar tkanta l-Ghasar Solenni mill-Kanonku ta’ San Pawl tal-Belt, Dun Amabile Camilleri. Wara sar il-kant tas-Salve u tal-Litanija u nghatat il-Barka Sagramentali.  Wara l-Barka Sagramentali, il-Banda San Gejtanu tal-Hamrun daqqet marcijiet brijjuzi fi Triq id-Duluri u meta waslet quddiem l-oratorju Parti M. Mifsud O.E.S.A. kixef il-lapida li giet imwahhla fil-faccata tal-oratorju biex tkaffar l-gheluq il-hamsa u ghoxrin sena tat-twaqqif tieghu.  Hu ghamel diskors ghac-cirkostanza, minn fuq il-‘microphone’.  Wara d-diskors, il-Banda San Gejtanu kompliet il-marcijiet taghha u mbaghad daqqet programm quddiem l-istess oratorju fil-prezenza tan-nies prezenti.

 

Il-Hadd, 3 ta’ Gunju, jum il-festa

 

Fis-5.45 ta’ filghodu saret quddiesa baxxa.

Fis-6.45 ta’ filghodu saret quddiesa baxxa.

Fit-8.00 ta’ filghodu saret quddiesa solenni kkoncelebrata mill-Kanonku Dun Amabile Camillieri.

Fid-9.00 ta’ filghodu saret quddiesa baxxa.

 

Fil-5 ta’ filghaxija, wara li ntqal ir-ruzarju, Parti Dumink Coppola, O.F.M. ghamel panigierku ghad-unur l-Immakulata Kuncizzjoni.  Wara l-panigierku sar l-Ghasar Solenni mill-Kanonku Dun Guzepp Vella.  Wara ntqal it-Te Deum u nghatat il-Barka Sagramentali mill-Kappillan tal-Hamrun, Dun Nerik Cordina Perez.  Wara l-Barka Sagramentali, il-habrieki u mahbub Kappillan, imqanqal minn dan l-entuzjazmu kollu tal-poplu u specjalment mill-gid spiritwali ta’ dan il-grazzjuz oratorju, dar fuq il-poplu u fi ftit kliem imheggeg wera l-qima lejn il-hidma bla mistrieh “tal-fundatur ta’ l-oratorju, Pawlu Burlo`, il-bniedem umli u twajjeb li bih inqeda Alla ghal tant gid spiritwali fil-parrocca ghaziza tieghu” tal-Hamrun.

 

Wara l-funzjonijiet religjuzi, il-kumitat, il-benefatturi u l-hbieb tal-oratorju ltaqghu fid-dar tas-Sur Luigi Pace fejn sar repo` kbir.  Hawn is-sacerdoti u l-patrijiet ta’ diversi ordnijiet religjuzi, tista' tghid kollha ghamlu brindisi ghad-unur il-fundatur li kien hemm prezenti hdejn il-kappillan.  Wara l-Baned San Guzepp tal-Hamrun u San Gorg ta’ Hal Qormi daqqew marcijiet fi Triq id-Duluri u mbaghad ghamlu programm, wahda quddiem l-oratorju u l-ohra f’Misrah il-Ferrovija.  Kemm l-oratorju kif ukoll it-toroq tal-inhawi tieghu kienu lluminati bil-luce elettrica, nhar l-1, 2 u 3 ta’ Gunju.