
F'DIN IL-PAGNA WIEHED JISTA` JARA X'IKUN QED
ISIR FIL-MAHZEN TAL-FESTA B'RISQ L-ARMAR
MINN FESTA S'OHRA.
(2010 - 2011)

Ninsabu lejn l-ahhar tax-xahra t'Awwissu, u bhalissa l-membri tal-grupp armar jinsabu ghaddejjin bix-xoghol relatat mal-armar li se jizzanzan jew li se jkun restawrat ghall-festa 2011. Hemm diversi xogholijiet li jridu jsiru sal-festa tas-sena d-diehla, xogholijiet li jinkludu kemm restawr t'armar li diga qed jintrama matul il-festa, kif ukoll xoghol f'armar gdid. Jekk kollox jibqa miexi sew, bl-ghajnuna tal-membri li jammontaw mhux hazin, ix-xoghol ippjanat ghandu jkun lest u b'hekk ghal sena ohra jerga jkollna armar li se jkompli jsebbah it-toroq tal-parrocca taghna.
S'issa diga sar hafna xoghol fil-mahzen taghna relatat mal-armar u dan kien jinkludi:
1. It-tindif u l-irfieh tal-pedestalli, il-pilandri u t-trofew.
2. It-tpoggija tal-liedna kollha f'postha.
3. It-tindif u l-irfieh tal-istatwi.
4. It-tiwi tal-pavaljuni u l-bandalori kollha.
5. It-tpoggija tal-antarjoli kollha f’posthom.
6. L-irfieh tal-hbula tal-pavaljuni u tal-bandalori.
XOGHOL FIL-MAHZEN
Sadanittant fil-granet li ghaddew tfassal il-programm tal-armar ghall-festa tas-sena d-diehla. S'issa li hu zgur hu li se jigu rrestawrati l-pedestalli ta’ Sant Anna u San Gwakkin, se jsiru xi toroq godda bil-liedna u se jitkomplew il-kukkardi tal-antarjoli.

ATTIVITAJIET
Sadanittant il-membri tal-grupp armar fasslu programm t'attivitajiet socjali ghall-membri u ghad-dilettanti tal-festa u l-parruccani, attivitajiet li ghandhom jolqtu l-gosti ta' kulhadd.
Fost dawn l-attivitajiet se tkun organizzata loghob futbol bejn id-delettanti tal-festa fil-grawd tal-Hamrun Spartans. Din il-loghba se ssir nhar l-Erbgha 25 t'Awwissu.
Imbaghad nhar it-3 ta' Settembru se ssir Majjalata. Din se ssir fi Pjazza Kappillan Muscat. Waqt din is-sena bla ebda dubju se jispikka t-tisjir tal-majjal insajjar frisk, l-ikel Malti, il-loghob tat-tombla u fiera. Se jkun hemm ukoll varjeta` fuq palk li se jintrama apposta. Il-pjazza se tkun ukoll imzejjna ghall-okkazjoni. Ft ftit kliem din se tkun serata li hadd m'ghandu jitlifha. Aktar taghrif jinsab fil-pagna tal-'AVVIZI".
Tajjeb infakkru li l-mahzen tal-armar qed ikun miftuh kuljum bejn l-4.30 u s-7.30 ta' filghaxija. Is-Sibt ikun miftuh kwazi l-gurnata kollha.
Nirringrazzjaw lil kull min qed jaghti sehmu!!