. FESTA KUNCIZZJONI HAMRUN

TAGHRIF STORIKU U KONTEMPORANJU DWAR IL-FESTA TAL-IMMAKULATA KUNCIZZJONI, IL-PARROCCA U L-HAMRUN

 

 

 

L-ARMAR TAL-FESTA

 

 

Hawnhekk qed tinghata harsa lejn l-armar li sar matul is-snin  ghall-festa tal-parrocca taghna.  Hafna minn dan ix-xoghol sar mill-voluntiera tal-Grupp Armar Festa u minn persuni ohra fil-parrocca u li minn zmien ghal zmien taw is-sehem taghhom b'risq il-festa taghna. 

 

Fl-1969 sar l-ewwel sett pavaljuni ghal Triq il-Kappillan Mifsud, it-triq ewlenija tal-parrocca taghna.  Dan is-sett pavaljuni kien inhadem kollu kemm hu fit-Tarzna ta' Malta u kien sar mid-drapp tas-suf.  Dan is-sett pavaljuni baqa' jintuzaw sa' l-1992, meta f'dik is-sena kien sar sett ta' pavaljuni gdid.

 

Sentejn wara, ezattament fl-1972 sar it-tieni sett pavaljuni, dak ta’ Triq Barth.  Ghal darb'ohra dan is-sett kien inhadem fit-Tarzna ta' Malta u bhal dak ta' qablu kien ukoll mahdum kollu kemm hu mid-drapp tas-suf.  Dan is-sett baqa` jintuza sas-sena 2006.

 

Dik is-sena kien izzanzan ukoll sett ta' sitt bandalori ghal Triq San Luqa (illum Triq Mimosa).  Dawn il-bandalori kienu gew mahduma mir-residenti ta' dik it-triq. 

 

Fl-1973 tlestew il-pavaljuni ta' Triq Vincenzo Bugeja (minn Triq il-Kappillan Mifsud sa Triq Villambrosa) u anki sett bandalori fi Pjazza Kappillan Muscat.  Dan is-sett kien jikkonsisti f'disa` bandalori mahduma mis-suf u b'emblema b'tema Marjana mpittra fuqhom.

 

Ghall-festa ta’ l-1974 saru erba' settijiet pavaljuni godda ohra.  Dawn kienu fi Triq Montgomery (illum Triq Indri Cilia), Triq Victoria Avenue (illum Triq Guze`Pace), Triq Adelaide Cini u Triq Vincenzo Bugeja (il-parti ta’ hdejn l-iskola San Gorg Preca). Dawn is-settijiet kienu nhadmu kollha kemm huma mir-residenti ta' dawk it-toroq. 

 

Is-sena ta’ wara, fl-1975 kien sar sett pavaljuni ghal Sqaq Nru. 1 fi Triq id-Duluri sabiex imbaghad ghall-festa li kien imiss, jigifieri dik tal-1976 saru erba' settijiet ta' pavaljuni ohra.  Dawn kienu jinkludu dawk ta’ Triq id-Duluri (hdejn l-Odeon), Triq Lord Byron, Triq Vitale u Triq Monsinjur De Piro. 

 

Fl-1977 tlestew il-pavaljuni ta' New Street in Our Lady of Sorrows Street (illum Triq Nuzzu) u Triq id-Duluri (il-parti bejn Triq Joe Sciberras u t-tlett sigriet).  Dik is-sena kienet giet armata  kuruna kbira ta’ l-injam u tad-drapp ghal quddiem il-knisja sabiex din infethet mal-hrug tal-istatwa mill-knisja. 

 

Fl-1978 kienu gew imzanzna settijiet ta’ pavaljuni ghal Triq il-Fatati, Triq Villambrosa, Triq Lord Llyod (illum Triq Manwel Magri) u Triq id-Duluri (illum Triq Joe Sciberras).  Hawnhekk ta’ min jghid illi l-pavaljuni ta' Triq Villambrosa ghadhom qed jintuzaw sal-lum.  Dik is-sena kienu saru wkoll numru ta' bandalori ghal Triq il-Liceo u Triq Wenzu Mallia.  

 

Ghall-festa tal-1983 kienet intramat l-ewwel statwa fit-toroq tal-parrocca taghna.  Din ma kinitx hlief l-istatwa titulari tal-Immakulata Kuncizzjoni ta’ zmien l-oratorju ta’ Pawlu Burlo’ .  Din l-istatwa kienet tqieghdet fuq pedestall zghir tal-injam fil-kantuniera ta’ Triq Manwel Magri li tmiss ma Triq G.M. Camilleri, hdejn il-MUSEUM tal-bniet. 

 

Is-sena ta' wara, fl-1985 fi Triq il-Kappillan Mifsud (minn Triq Monsinjur de Piro sa hdejn l-knisja tal-patrijiet Frangiskani) kien sar sett ta’ ghoxrin bandiera gdida ta’ Malta, tal-Papa u tal-Kuncizzjoni.  Din it-triq kienet ghadha kif infethet u ghalhekk kien verament xieraq illi din tintrama kif jixraq ghall-festa ta’ dik is-sena. 

 

Fl-1988 tlestew erba' bandalori ghal quddiem il-knisja  u anki kienet saret liedna ghal Triq il-Kappillan Mifsud u Triq Manwel Magri.  L-istatwa tal-Kuncizzjoni ta' zmien l-oratorju li ghax xi snin kienet qed tintrama’ fi Triq Manwel Magri mxiet ghal Pjazza Kappillan Muscat u maghha ntramaw ukoll zewg trofej kompluti b’sett bnadar.  Il-pedestal tal-istatwa kien gie gentilment misluf mill-parrocca ta' San Gejtanu. 

 

Fis-sena 1990 ghal darb’ohra saret liedna gdida f'numru ta' toroq ohra ta' madwar il-knisja.  Dik is-sena kien intrama wkoll trofew gdid fil-kantuniera ta' Triq il-Kuncizzjoni ma' Triq Manwel Magri.  Ta' min jghid illi din kienet l-ewwel bicca xoghol fl-injam li saret mid-dilettanti tal-lokal ghall-festa titulari. 

 

Fl-1991 inbeda l-ikbar progett li qatt sar mid-dilettanti tal-festa tal-parrocca taghna.  Dan kien jinkludi l-bdil tal-pavaljuni ta' Triq il-Kappillan Mifsud, it-triq principali tal-parrocca. Nhar l-ahhar jum tat-tridu filghaxija kienet saret cerimonja fejn matulha kien sar it-tberik ta’ wiehed minn dawn il-pavaljuni. 

 

Is-sena ta’ wara, jigifieri fl-1992 intramaw zewg statwi, dik  ta’ Sant' Anna u San Gwakkin li kienu nxtraw xi gimghat qabel mir-rahal tal-Imqabba.  Dawn l-istatwi kienu ntramaw quddiem il-knisja fuq zewg pedestalli li kienu saru mid-dilettanti tal-festa.  Dik is-sena kien sar ukoll pedestal tal-injam gdid ghall-istatwa tal-Kuncizzjoni ta' Pjazza Kappillan Muscat.  Dan kien sar sabiex jiehu post dak li kien qed jigi misluf ta’ kull sena mill-parrocca l-ohra tal-Hamrun. 

 

Fl-1993 il-faccata tal-knisja ntramat bi drapp bil-pittura li jissimbolizza temi Marjani.   Flimkien maghhom, mal-faccata kienu twahhlu zewg angli antiki u anki xi liedna.  X'aktarx illi l-angli kienu jintuzaw sa minn zmien l-oratorju.  Il-kampnar kien gie ukoll armat bid-drapp blu u bil-liedna.  Dik is-sena kienu tlestew il-pavaljuni ta' Triq il-Kappillan Mifsud.  Dan is-sett kien lest wara sentejn xoghol u sagrificcju mid-dilettanti tal-Grupp Armar Festa. 

 

Is-sena ta’ wara, jigifieri fl-1994 sar sett pavaljuni bil-pittura u anki liedna gdida ghal Triq l-Ursolini.  Kienet saret ukoll liedna gdida u anki numru kbir ta’ labardi ghall-antarjoli li hemm fit-toroq tal-parrocca. 

 

Fl-1995 inbidlu l-pavaljuni ta’ Triq id-Duluri (hdejn l-Odeon), Triq Vincenzo Bugeja (minn Triq Kap. Mifsud sa Villambrosa) u Triq il-Kanonku Bonnici.  Kienet saret ukoll liedna gdida tal-plastic ghal numru ta' toroq ohra .    

 

Matul l-1996 l-armar kompla jizdied gmielu u fil-fatt kienu saru zewg bandalori godda ghal Triq id-Duluri (hdejn it-tlett sigriet) u erba' bandalori ohra ghal Triq l-Ursolini.  Imbaghad ghal Triq Vincenzo Bugeja (minn Triq Kap. Mifsud sa Villambrosa) saru erba' pedestalli rhamati u kompluti bl-antarjoli, bil-labardi u bil-bandalori.  Dawn il-bandalori ghandhom rapprezentazzjonijiet bibblici.  Dik is-sena kienet saret ukoll liedna tal-plastic ghal xi toroq ohra.

 

Ghall-festa tal-1997, u ghal darba'ohra, il-Kummissjoni Festa nediet progett iehor li kien jinkludi l-bdil t'erba' settijiet  pavaljuni ohra li kienu qdiemu gmielhom.  Dawn is-settijiet li nhadmu minn persuni barra l-parrocca saru ghal Triq Indri Cilia, Triq Adelaide Cini, Triq id-Duluri (minn Triq Joe Sciberras sa hdejn it-tlett sigriet) u Triq il-Fatati. 

 

Is-sena ta’ wara, fl-1998 saru settijiet ta’ pavaljuni ohra din id-darba ghal Triq Vitale, Triq Dun Edgar Vella, Triq Pawlu Burlo’ u  Sqaq Nru. 1 fi Triq id-Duluri.  Saru ukoll zewg settijiet  bandalori, tmienja ghal Triq il-Kuncizzjoni u tnejn ghal quddiem il-knisja.  Dawn il-bandalori gew mahduma mill-membri tal-Grupp Armar Festa. 

 

Fl-1999 tlestew il-pavaljuni ta’ Triq Guze` Pace, Triq Manwel Magri, Triq Joe Sciberras u Triq Mountbatten wara numru ta’ xhur ta' hidma u ta’ gbir ta’ fondi minn uhud mill-membri tal-Kummissjoni Festa. 

 

Ghall-festa tas-sena 2000 inbeda x-xoghol tal-bdil tas-sett bandalori ta' Triq Mimosa.  Dik is-sena kienet saret ukoll bandalora kbira bil-pittura fi Triq l-Ursolini.  Matul il-festa kien izzanzan ukoll l-anglu tal-kazin tal-banda komplut bil-pedestal fi Triq il-Kappillan Mifsud.  Dan kien sar minn xi membri tal-kumitat tal-banda tal-parrocca.  Matul l-istess sena sar sett pavaljuni gdid ghal Triq il-Kappillan Valletta u nbeda wkoll ix-xoghol tal-bdil tal-pavaljuni ta’ Triq Guze` Marija Camilleri. 

 

Fl-2001 intramat liedna gdida f’diversi toroq u tlesta wkoll is-sett ta’ sitt bandalori ghal Triq Mimosa.  Dawn il-bandalori kienu saru mill-membri tal-Grupp Armar Festa. 

 

Matul l-2002 saru diversi xogholijiet ohra fl-armar fosthom sett pavaljuni gdid ghal Triq Vimcenzo Bugeja (hdejn l-iskola primarja San Gorg Preca) u anki sett bandalori ghall-Pjazza Kappillan Muscat.

 

Matul l-2003 izzanzan sett ta’ zewg pavaljuni u festuni tal-liedna ghal Triq Danny Cremona (il-parti li tmiss ma Triq l-Ursolini). 

 

Fis-sena 2004 saret statwa gdida tal-Immakulata Kuncizzjoni ghall-Pjazza Kappillan Muscat.  Din l-istatwa hadet post l-istatwa l-antika ta' zmien l-oratorju, sabiex kif kien jixraq din l-istatwa unika giet ippriservata. 

 

Inbeda ukoll ix-xoghol tal-injam  fuq tlett pedestalli godda ghall-istatwi tal-Kuncizzjoni, ta’ Sant' Anna u ta’ San Gwakkin.  Kien inbeda wkoll ix-xoghol relatat ma' tlett bandalori ghal Triq Guze` Marija Camilleri ma’ Triq Manwel Magri.  Ix-xoghol kollu sar mill-membri tal-Grupp Armar Festa.  Matul dik is-sena kien inghata bidu ghal sett pavaljuni ghal Triq Lord Byron. 

 

Fl-2005 tkompla x-xoghol fuq il-pedestalli tal-istatwi u kien gie ukoll irrestawrat it-trofew ta’ Triq il-Kuncizzjoni.  Tlestew ukoll il-bandalori bid-dekorazzjoni tal-injam ta’ Triq Guze` Marija Camilleri u anki zzanzan sett pavaljuni ghal Triq Monsinjur De Piro.  Saru wkoll zewg labardi bl-iskultura ghall-antarjoli ta’ quddiem il-knisja. 

 

Matul l-2006 tlesta x-xoghol fuq it-tlett pedestalli tal-istatwi.  Dan ix-xoghol kien jinkludi l-induratura, l-irhamar, l-iskultura u anki l-ahhar xogholijiet fl-injam.  Saret ukoll statwa gdida ta’ Papa Piju IX mill-Ghaqda Dilettanti tan-Nar ghal Triq il-Kappillan Mifsud.  Din l-istatwa saret bhala tifkira dejjiema fl-okkazjoni tal-ghaxar snin anniversarju mit-twaqqif ta' din l-ghaqda.   Matul dik is-sena gew ukoll irrestawrati zewg pilandri ghal Pjazza Kappillan Muscat.  Saret ukoll il-liedna ghal Triq Vincenzo Bugeja (minn Triq Kap. Mifsud sa Villambrosa), u ta’ Triq il-Ferrovija.  

 

Gew ukoll indurati l-labardi l-godda ta' quddiem il-knisja u anki nbeda x-xoghol fuq zewg bandalori kbar ghal hdejn l-Anglu tal-Banda fi Triq il-Kappillan Mifsud.  Inhadmu wkoll zewg dekorazzjonijiet tal-injam ghal fuq il-bandalori ta’ quddiem il-knisja u saret bandiera kbira tal-Kuncizzjoni ghal ma' arblu ta' Triq Manwel Magri. 

 

Ghall-festa tas-sena 2007 inbeda l-progett ta’ zewg pedestalli kbar ghaz-zewg statwi ta' Papa Piju IX ta' Triq il-Kappillan Mifsud  u ghal tal-Immakulata Kuncizzjoni ta' Pjazza Kappillan Muscat.  Ghal dik is-sena l-kolonni kienu lesti biss mix-xoghol tal-injam.   Bla dubju dawn iz-zewg pedestalli huma l-isbah bicca xoghol fl-injam li ghandna.  Gew restawrati wkoll zewg pilandri tal-injam ohra u tlestew iz-zewg pilandri li kienu gew irrestawrati s-sena l-ohra.  Ix-xoghol tar-restawr relatat ma' dawn l-erba' pilandri sar kollu kemm hu minn membri tal-Grupp Armar Festa.  

 

Dik is-sena zzanznet ukoll statwa t’anglu  li saret bhala tifkira tal-25 sena mit-twaqqif tal-Grupp Armar Festa.  Dan l-anglu tpogga fi Triq Manwel Magri ma Triq il-Kuncizzjoni u flimkien mieghu twahhlu ukoll zewg pilandri ohra.  Saret ukoll liedna gdida tal-plastic ghal Triq id-Duluri (hdejn l-Odeon) u Triq Vincenzo Bugeja (hdejn l-iskola primarja San Gorg Preca) u bandiera kbira li twahhlet ma' l-arblu t-twil ta' Triq l-Ursolini. Sar ukoll lifter tal-hadid sabiex bih jintramaw l-istatwi fuq il-pedestalli rispettivi taghhom.

 

Ghall-festa tal-2008 l-Grupp Armar kompla bix-xoghol li kien inbeda s-sena ta' qabel u ghalhekk kif kien mistenni l-armar li jintrama fit-toroq kompla zdied. Fil-fatt tlestew iz-zewg pedestalli l-kbar li fuqhom jitpoggew l-istatwi tal-Immakulata Kuncizzjoni ta' Pjazza Kappillan Muscat u dik ta' Papa Piju IX ta' Triq Kappillan Mifsud.  Dawn saritilhom l-irhamatura, l-iskultura u l-induratura.  Saru wkoll zewg gradi tal-hadid sabiex hadd ma jkun jista jersaq qrib dawn iz-zewg pedestalli. 

 

L-istatwi tal-Immakulata Kuncizzjoni u ta` Papa Piju IX jew induraturi u sarilhom ukoll xi xoghol taz-zebgha u xi restawr zghir. Saru ukoll zewg linef tal-metal bil-globi tal-dawl fuq stil barokk u dawn intramaw fuq il-pilandri li s-sena l-ohra kienu ntramaw fi Pjazza Kappillan Muscat.  Sadanittant gew ukoll irhamati z-zewg pilandri u l-gasrti ta' magemb l-istatwa ta' l-anglu tal-Grupp Armar ta' Triq Manwel Magri, kantuniera ma Triq il-Kuncizzjoni.  Xoghol iehor li sar kien sett kuruni tal-lienda li ntramaw ma' l-antarjoli fil-granet ta' qabel il-festa sabiex it-toroq jinghataw dehra ta' festa minn zmien kmieni. 

 

Ghall-festa tal-2009 ix-xoghol kompla miexi gmielu u ghalhekk l-armar kompla zdied.  Fil-fatt sar sett ta' sitt pavaljuni gdid ghal Triq Nuzzu.  Saru wkoll zewg linef ohra ghal magenb l-anglu tal-grupp armar.  Dawn il-linef, flimkien mat-tnejn li zzanznu ghall-festa tas-sena l-ohra gew sprejjati hodor. 

 

Tlestew ukoll mir-restawr erba` pilandri ohra ghal quddiem il-knisja, fejn dawn inhargu bojod.  Saru wkoll labardi tal-pjanci godda ghal antarjoli ta' Triq Mimosa, Triq Manwel Magri u ghat-trofew.  B'kollox minn dawn il-labardi saru ghaxra.  Tlesta wkoll minn kollox it-trofew ta' Triq Manwel Magri, fejn dan sarlu skudett gdid, sett t'erba` bnadar u bandalora mill-isbah kompluta bil-pittura.  Sar ukoll l-ahhar xoghol fuq il-gradi tal-hadid tal-pedestalli l-kbar, dak ta' Papa Piju IX u tal-Kuncizzjoni. 

 

 

IL-GRUPP ARMAR FESTA

 

 

Dan il-grupp twaqqaf fl-1982 bl-iskop li jiehu hsieb dak kollu li hu relatat mal-armar tal-festa tal-parrocca.  L-idea li jitwaqqaf dan il-grupp kienet ta' Joe Pace, ex-abbati tal-parrocca.  Joe kien wera dak li xtaq jaghmel lill-kappillan ta' dak iz-zmien, Dun Manwel Agius u li min-naha tieghu hu laqgha b'hegga kbira dan il-hsieb hekk nobbli.  L-ewwel laqgha ta' dan il-grupp gdid saret ftit granet wara l-festa tal-1982, ezattament nhar it-28 ta’ Lulju 1982 fid-dar tal-kappillan.  L-ewwel membri li ffurmaw lil dan il-grupp kienu Joe Pace, Ivan Bugeja, Sandro Buttigieg, Silvio Cacciattolo, Pawlu Camilleri, Franco Cassar, Joseph Doublet, Noel Doublet u Mario Scerri.   Imbaghad fis-snin ta' wara n-numru tal-membri fi hdan il-Grupp Armar Festa kompla zdied gmielu

 

Fl-ewwel snin tieghu, l-grupp, barra x-xoghol relatat mal-festa kien jiehu hsieb jaghmel xogholijiet ohra li minn zmien ghal zmien kien ikunhemm bzonn li jsiru fil-bini tal-knisja parrokkjali bhal xoghol ta’ zebgha, tiswijiet u mitt haga ohra. Fost dawn sar xoghol ta’ zebgha u t-twahhil ta’ sistema ta’ dawl mal-lanterna, it-tnehhija ta’ l-altar il-qadim, xoghol estensiv fis-sala Dun Edgar Vella, tiswija fis-sistema tad-dawl tal-faccata tal-knisja, iz-zebgha tal-faccata tal-knisja minn wara, preparamenti ghat-tlugh ta' l-istatwa fuq il-faccata tal-knisja, xoghol bi preparazzjoni ghas-sett qniepen godda u anki xoghol manwali fil-mahzen il-gdid.

 

Maz-zmien il-grupp kien jitlaqa` fis-sala ta’ taht il-knisja Dun Edgar Vella sabiex hemmhekk u ta` kuljum il-membri kienu jqattghu ftit hin flimkien f'atmosfera ta' ghaqda.  Din is-sala kienet giet irrangata mill-istess membri tal-grupp.  Kienu saru diversi xogholijiet fosthom tikhil u tibjid, sistema ta’ dawl moderna, kamra tal-banju gdida u anki kienet irrangata kamra ghall-kumitat. 

 

Biss, l-aktar xoghol li kien ghall-qalb il-membri tal-grupp kien bla dubju ta’ xejn dak relatat ma l-armar tal-festa.  Matul is-sena, il-membri kienu jiehdu hsieb jirrangaw l-armar li kien ikun garrab xi hsarat, l-aktar il-pavaljuni u l-bandalori.  Minn zmien ghal zmien kien anki jsir xoghol ta’ zebgha, fosthom ta' l-antarjoli u tal-pajpijiet tal-pavaljuni.  Imbaghad meta kienet toqrob il-festa l-membri erhilhom jibdew bil-preparamenti sabiex it-toroq jintramaw kif jixraq.  L-ewwel xogholijiet kienu jkunu l-irrangar tal-ventijiet tal-pavaljuni u tal-festuni, jintramaw il-pavaljuni fil-pajpijiet, jitwahhlu l-antarjoli u fl-ahhar kien jintrama d-drapp fit-toroq. 

 

Ghal snin twal ix-xoghol ta’ preparazzjoni tal-armar kien isir kollu kemm hu fis-sala Dun Edgar, izda ghal xi snin dan ix-xoghol kien sar f’garaxx kbir li kien hemm ftit metri l-boghod mill-knisja fi Triq Manwel Magri.

 

Barra x-xoghol tal-festa, matul is-sena l-grupp kien jorganizza diversi attivitajiet fosthom kompetizzjonijiet tad-darts, billiards, table soccer, subbuteo u table tennis.  Il-grupp kellu ukoll it-tim tal-futbol tieghu.  Kienu jigu organizzati wkoll hargiet hdejn il-bahar, barbecues u ikliet, fejn l-aktar wahda li kienet tispikka, bla dubju kienet dik ta’ zmien il-Milied.  Attivita` ewlenija kienet is-serata annwali li kienet issir ghal zmien il-Milied fis-sala parrokkjali. Din kienet tikkonsisti f'lejla ta' divertiment mimlija sketches, fares, kant u daqq tal-muzika.  Ghalija l-parruccani kienu jattendu bi hgarhom.

 

Fl-1985 il-grupp kien ha sehem fil-Festa Zghazagh li kienet saret fin-Naxxar u fil-Festival taz-Zghazagh li kien organizzat mill-parrocca fl-okkazjoni tas-Sena Internazzjonali tal-Zghazagh, bi grupp ta' "muzicisti" jimitaw l-aqwa diski ta' dak il-mument. 

 

Ghal xi snin il-grupp kien ukoll jippubblika l-fuljett tieghu u li kien igib l-isem ta' "Holqa m'ohra".

 

Maz-zmien il-grupp kellu jevolvi fil-format tieghu, l-aktar ghall-fatt illi t-tradizzjonijiet taz-zghazagh tbiddlu mhux hazin.  Sahansitra kellu wkoll jinbidel il-post fejn originarjament kien jiltaqa` l-grupp.  Minflok il-membri bdew jiltaqghu fil-mahzen ta’ l-armar li l-parrocca ghandha fi Tri Qrejten. 

 

F'dawn l-ahhar snin membri tal-grupp  ghamlu diversi xogholijiet relatati mal-armar u fost dawn saru erba` settijiet bandalori, sett pavaljuni u hadmu wkoll kwantita` kbira ta' liedna ghal diversi toroq.  Saru ukoll numru ta’ bnadar sabiex jintramaw fil-festa tal-Kuncizzjoni ta’ Dicembru.

 

Illum il-grupp qed jiehu hsieb jaghmel armar gdid l-aktar fejn jidhol xoghol fl-injam.  Fil-fatt, membri tal-grupp armar ghamlu hames pedestalli godda ghall-istatwi, tmin pilandri u gie anki rrestawrat it-trofew.  Saru ukoll zewg statwi godda, dik tal-Kuncizzjoni u ohra t’anglu.  Imsomma fi ftit kliem sar hafna u hafna xoghol relatat mal-festa ta' barra, xoghol li ma seta` jsir qatt jekk mhux bis-sahha ta' dawn il-ftit membri hekk iddedikati u li ta' kuljum iqattghu sieghat twal jahdmu fil-mahzen ta' l-armar. 

 

Minn zmien ghal zmien il-grupp jorganizza numru t’attivitajiet fosthom hargiet hdejn il-bahar, barbecues, loghob tal-futbol, ic-Cenaklu Haj, lotteriji, it-tqassim ta’ rigali fi zmien il-Milied u anki l-carcade tal-festa.

 

Ghall-festa tal-2007 il-Grupp Armar iccelebra bil-kbir it-tifkira tal-25 sena mit-twaqqif tieghu.  Ghal dan l-anniversarju hekk sabih gie ippubblikat ktejjeb bl-istorja tal-parrocca u  tal-armar kollu li ntrama sa mill-bidu tal-festa titulari. Il-ktieb sar kollu kemm hu mill-membri.  Ghal istess okkazjoni l-membri tal-grupp hadu hsieb li jaghmel tifkira dejjiemi u li se tibqa` titgawda fis-snin li gejjin.  Din m'hi xejn hlief statwa t'anglu qed izomm l-iskudett tal-ghaqda u li qed tintrama ta' kull sena fi Triq Manwel Magri. 

 

Fl-2008 il-grupp kompla jahdem b'risq l-armar tal-festa u kif kien mistenni saru diversi opri godda fosthom zewg pedestalli kbar fuq stil barokk (wahda minnhom flimkien mal-Ghaqda Dilettanti tan-Nar) u zewg pilandri kompluti bil-linef.  B'hekk l-armar kompla ha spinta l-quddiem, kemm f'dik li hija kwantita u wisq aktar fi kwalita`. 

 

Ghall-festa tal-2009 l-grupp kompla jahdem fuq l-armar l-gdid u matul il-festa gew imzanzna erba` pilandri kompluti bil-gastri ghal quddiem il-knisja, zewg settijiet labardi ghall-antarjoli u trofew komplut bil-bandalora.  Ghat-tieni sena konsekuttiva rega` gie ippubblikat il-ktieb tal-festa, din id-darba b'hafna aktar pagni mimlija informazzjoni dwar il-festa, l-armar, flimkien ma artikli storici u t'interess generali.  Zdiedu ukoll il-pagni bir-ritratti tal-kulur.  Sadanittant il-grupp jinsab ghaddej bit-thejjijiet ghall-festa tal-2010, fosthom b'attivitajiet socjali u tal-fund-raising, kif ukoll b'numru ta' progetti ta' restawr u b'armar gdid armar.  Aktar taghrif dwar dak kollu li jkunu qed jaghmlu l-membri matul is-sena tistghu ssibuh fil-pagna 'Mill-Mahzen'.

 

IL-KUMMISSJONI FESTA

 

Il-Kummissjoni Festa kienet twaqqfet mill-Kunsill Parrokkjali fl-1970 bl-iskop ewlieni li taghti spinta lill-festa tal-parrocca specjalment fejn jidhlu l-attivitajiet ta’ barra. Fl-ewwel snin tal-parrocca u tal-festa l-armar tat-toroq kien kemmxejn limitat u ghalhekk l-ewwel membri ta' din il-kummissjoni sabu bicca xoghol iebsa quddiemhom, dik li t-toroq bil-mod il-mod riedu jigu mzejna kif jixraq ghall-festa. 

 

Barra minnhekk f'dawk s-snin il-Kummissjoni Festa kienet responsabbli wkoll mill-baned mistiedna u anki mill-ftit loghob tan-nar li kien isir waqt ic-celebrazzjonijiet esterni.  Haga ohra li sabu ma wicchom dawn il-membri kienet illi peres li fl-ewwel snin il-festa kienet tigi iccelebrata fix-xahar ta' Dicembru, it-temp ma kienx ikun daqshekk favorevoli u ghalhekk kemm il-darba t-toroq kienu jergghu jigu zarmati wara li kien ikun intrama kollox u dan biex ma ssirx hsara lil armar gdid li kien qed isir f'dawk is-snin.  Fl-ewwel snin, l-armar kien jikkonsisti fi ftit pavaljuni, bandalori u xi liedna tal-karti.  Kienu anki jingiebu xi antarjoli minn parrocci ohra tal-vicin sabiex jitwahhlu l-bandalori maghhom. 

 

Bil-mod il-mod bdew isiru aktar pavaljuni u hawnhekk il-membri bdew ihossu l-htiega li jaghmlu speci ta' lifter tal-hadid sabiex bih il-pavaljuni setghu jitwahhlu b'aktar efficjenza u b'inqas hsarat.  Dan kien inhadem mill-membri stess fil-bidu tas-snin Sebghin.  F'dawk is-snin il-membri tal-kummissjoni kienu anki jiehu sehem attiv fl-organizazzjoni u fil-pubblikazzjoni tal-harga specjali tal-festa ta' Lehen il-Parrocca.

 

Mas-snin din il-kummissjoni kompliet timmatura l-aktar ghall-fatt illi l-membri taghha ma baqghux tfal u maghhom dahlu zghazagh u rgiel godda mimlija b'ideat u hegga kbira.  Fil-fatt fis-snin Tmenin mill-Kummissjoni Festa hareg il-Grupp Armar u hawnhekk it-toroq bdew jizzejnu b'aktar ghaqal.  F'dawk is-snin kien sar xi armar gdid fosthom bandalori, bnadar u anki bdiet tintrama l-ewwel statwa fit-toroq u li ma kienet xejn hlief l-istatwa tal-Kuncizzjoni ta' zmien l-oratorju.

 

Illum il-kummissjoni qed tiehu hsieb torganizza dak kollu li ghandu x’jaqsam mal-festi esterni fosthom il-marcijiet, il-Lejla Maltija, il-programm tal-armar, il-giggifogu u anki l-festuni tal-bozoz.  Xi membri minn tal-kummissjoni jaghmlu wkoll xoghol utli hafna fil-knisja matul il-gimghat ta’ qabel il-festa bhal tindif, manutenzjoni u preparamenti ghal arrangamenti tal-fjuri.  Jiehdu hsieb ukoll jarmaw il-bradella, l-mant u l-istatwa titulari.

 

Barra minnhekk il-kummissjoni flimkien mal-Grupp Armar, f'dawn l-ahhar ftit snin bdiet tiehu hsieb li ta' kull sena matul il-festi tal-Gimgha Mqaddsa ttella` rapprezentazzjoni hajja ta' l-Ahhar Cena.  Din ir-rapprezentazzjoni tikkonsisti fi dramm ta' l-Ahhar Cena, f'wirja dwar il-Mejda tal-Appostli skond ir-rit Lhudi u anki esebizzjoni dwar tradizzjonijiet relatati mal-festi tal-Gimgha il-Kbira.  Originarjament din ir-rapprezentazzjoni kienet bdiet ssir fis-snin sebghin u grazzi ghall-membri tal-kummissjoni din it-tradizzjoni ghadha hajja tal-gurnata tal-lum. 

 

Il-kummissjoni tiehu hsieb ukoll taghmel armar gdid ghall-festa, l-aktar settijiet ta' pavaljuni u bandalori.  Fosthom insibu s-settijiet ta' Triq Manwel Magri, Indri Cilia, Sqaq id-Duluri, Lord Byron, Kanonku Bonnici, Adelaide Cini, Pjazza Kappillan Muscat, Mons. de Piro, Nuzzo u tant ohrajn.  Dan ix-xoghol ikun jinkludi l-aktar fil-gbir tal-fondi necessarji, kif ukoll b'xi xogholijiet ohra necessarji ghat-tkomplija ta' dawn is-settijiet li jsebbhu t-toroq taghna matul il-festa ghaziza taghna.

 

Matul is-snin li ghaddew kienu hafna l-membri li kienu jiffurmaw parti minn din il-kummissjoni, u bis-sahha t'hekk il-festa mhux talli ma tilfitx mill-popolarita` imma talli kompliet tikber. Fost il-membri li servew l-aktar f'din il-kummissjoni matul is-snin, wiehed ta' minn isemmi lil  Reno Spiteri, Saviour Mifsud, Joe Curmi, Charlie Zerafa, Tony Valletta, Godwin Spiteri Sacco, Godwin Valletta, Martin Grasso, Raymond Grasso, Joe Pace, Ivan Bugeja, Albert Buttigieg, Simon Zammit, Rundolf Scerri, Alfred Debono, Eddie Scerri, Mario Debattista u Brian Ferriggi. Fil-prezent il-Kummissjoni Festa hi komposta minn disa` membri u bhalissa bhala president hemm il-kappillan Dun Salv Borg.