. FESTA KUNCIZZJONI HAMRUN

TAGHRIF STORIKU U KONTEMPORANJU DWAR IL-FESTA TAL-IMMAKULATA KUNCIZZJONI, IL-PARROCCA U L-HAMRUN

 

F'DIN IL-PAGNA WIEHED GHANDU JSIB ARTIKLI

 

VARJI LI FIL-PASSAT KIENU DEHRU

 

F'XI PARTI MINN DAN IS-SIT 

 

FESTA 2009

 

Il-festa giet u marret, izda warajha halliet memorji mill-isbah, memorji ta’ sodisfazzjon u ferh.  U dan ghaliex din is-sena rega` kellna festa mill-aqwa, fejn ghal darba ohra spikkat ir-rabta kbira li tezisti bejn l-ghaqdiet li jahdmu ghall-festa.  Kellna armar gdid, xoghol tad-drapp u tal-injam mill-isbah, kellna marcijiet mill-aqwa, kellna wkoll erba` pubblikazzjonijiet fosthom dak mahrug mill-ghaqda taghna, l-Grupp Armar Festa.  Barra dan kollu, f’kull mument u waqt ic-celebrazzjonijiet esterni kellna wkoll partecipazzjoni kbira minn nies li hargu minn djarhom sabiex flimkien maghna gew jiccelebraw il-festa tal-patruna taghna, l-Immakulata Kuncizzjoni.  Kemm kien hemm nies lejlet il-festa ghall-giggifogu u kemm kien hemm izjed ghall-hrug u ghad-dhul tal-purcissjoni!!  Dan kollu jaghmillek kuragg li tkompli tahdem ghal sena shieha, sabiex jekk Alla jrid, il-festa tas-sena d-diehla tkun isbah.

 

Jekk naghtu harsa hafifa lejn il-programm tal-festa naraw illi kemm fil-knisja kif ukoll barra kellna attivitajiet lil laqtu lil kulhadd.  Hawnhekk naraw il-maturita` u l-ghaqal ta’ min fassal il-programm festa 2009. 

 

Kemm kien sabih il-hrug tal-istatwa minn nicca, kemm nies honqu l-knisja dakinhar, kemm capcip u ferh, ferh genwin, ferh li jinhass darba fis-sena matul il-festa taghna.  Il-carcade mat-toroq, b’numru ta’ karozzi jallegraw bit-daqq tal-hornijiet.  Kulhadd hiereg mid-dar tieghu sabiex isellem lill-istatwa armata fuq it-trakk segwita minn numru kbir ta’ karozzi.  Il-Lejla Maltija fil-pjazza, kemm nies attendew, lejla mill-isbah fejn l-ikel u x-xorb ma naqasx, flimkien mal-loghob tat-tombla.  Gest nobbli sar is-Sibt filghodu, dakinhar tal-hrug tal-vara min-nicca meta gie il-Mobile Blood Unit u numru ta’ parruccani marru jaghtu d-demm sabiex jghinu lil min hu fil-bzonn.

 

Il-Hadd 28 ta’ Gunju fil-knisja gie ccelebrat Jum iz-Zghazagh u filghaxija kellna ikla ghad-dilettanti tal-festa bl-attendenza tkun tabilhaq numeruza.  Il-Hamis 2 ta’ Lulju gie mfakkar Jum il-Komunita`, l-ewwel b’quddies u wara b’riceviment.  Imbaghad dakinhar filghaxija kellna programm vokali u strumentali mill-banda taghna.  Ghalih attendew hafna u hafna nies.  Kien programm mill-aqwa, muzika mill-isbah……. siltiet muzikali ta` "The Village People", "Abba", "Speed Gonzales" u tant ohrajn.  Dan kollu sar frott il-hidma kontinwa tal-membri tal-kumitat u d-dirigenti tal-banda.  Il-Gimgha, l-ahhar tat-tridu fil-knisja gie ccelebrat Jum il-Familja.  Filghaxija sar marc mill-isbah mat-toroq tal-parrocca fejn spicca bil-prezentazzjoni tal-bukketti lill-Madonna, quddiem il-knisja.

 

Lejlet il-festa beda bit-Translazzjoni Solenni mill-kappella tal-Adorazzjoni sal-knisja.  Imbaghad aktar tard filghaxija kellna marc mill-aqwa u wara giggifogu mal-muzika u kaxxa infernali tal-kulur.  X’attendenza kellna dakinhar!!  Kemm nies gew jaraw il-loghob tan-nar tal-art u dan bir-ragun ghax dan hu l-uniku giggifogu fil-Hamrun!!

 

Imbaghad Jum il-Festa, x’jum specjali dak hux!! Dan il-jum beda bil-quddiesa solenni tal-festa u wara kellna l-marc tradizzjonali u brijuz ta’ filghodu.  Kemm briju, kemm bnadar u bziezaq, hemm zghazagh u rgiel qabzu u kantaw flimkien mal-marci brijuzi tal-banda taghna.  Hekk ghandu jkun il-marc, bla nkwiet u glied u b’atmosfera ta’ hbiberija lejn xulxin.  Fuq kollox dakinhar filghodu kien jum specjali, jum ta’ divertiment u ferh ghad-dilettanti tal-festa u ghall-parruccani.  Filghaxija mbaghad harget il-purcissjoni, b’tant nies li nfexxew f’capcipa wahda, hekk kif is-sabiha taghna tfaccat fil-bieb tal-knisja. Hawnhekk indaqq l-innu u wara nharqet kaxxa infernali, xoghol l-ghaqda tan-nar taghna.  Imbaghad matul il-purcissjoni kemm nies imlew it-toroq tal-parrocca, kemm kaxxi infernali gew mahruqa, sakemm bil-mod il-mod l-istatwa regghet dahlet lura fil-knisja fost ic-capcip tal-gemgha migbura fil-knisja.

 

Biss dan kollu ma sarx wahdu, sar minn nies dedikati u li tant ihobbu lill-festa.  Ghalhekk u minn hawn hekk se nerga` niehu l-okkazjoni sabiex nirringrazzja lil kull min hadem ghal din il-festa.  Nibda bil-kappillan taghna Dun Salv, il-membri numeruzi tal-Grupp Armar Festa, l-Ghaqda Muzikali Immakulata Kuncizzjoni, il-Kummissjoni Festa, l-Ghaqda Dilettanti tan-Nar u mhux b’inqas il-Kunsill Lokali.  Grazzi lilkom kollha hbieb.  Kien bis-sahha tal-hidma u l-ghaqda li tezisti fostna, li ghal sena ohra rega` kellna festa sabiha, festa li taghmlilna unur u li taghmilna kburin illi ahna tal-KUNCIZZJONI TAL-HAMRUN.  Ghal sena ohra mela hbieb.  Sena ohra se jerga` jkollna festa isbah, festa ikbar, festa li ahna ta' kull sena niccelebraw ad unur il-patruna taghna l-IMMAKULATA KUNCIZZJONI.  Mela narawkom jekk Alla jrid!!

 

*  *  *  *  *  *  *  *

 

FESTA 2008

 

Kif kien mistenni l-festa ta’ din is-sena ghaddiet b’wicc il-gid u ghal darba ohra kienet festa mill-isbah. Kienet festa success, ghall-fatt illi kollox mexa b’ordni u xejn mill-attivitajiet li kienu ippjanati ma marru hazin.  Kienet festa denja, festa li taghmillek kuragg biex dawk id-dilettanti jkomplu jahdmu ghas-snin li gejjin.  Kellna hafna attivitajiet li gibdu lill-gemgha, attivitajiet popolari, kellna armar gdid, armar sabih u li jhabbata ma` l-aqwa li hawn fil-pajjiz,  kellna l-marcijiet, marcijiet brijuzi.

 

X’aktar ?   Iva kellna hafna aktar !!  Il-knisja mibnija fuq stil modern kienet inzejjna bl-isbah mod, nadifa u b’hafna fjuri sbieh, ezotici u li ma tantx tara bhalhom. L-istatwa titulari armata f’nofs il-knisja, gimgha shieha tistenna l-mument tant mistenni li fih tohrog mill-bieb tal-knisja halli b’hekk tkun tista` turi s-sbuhija taghha lin-nies herqana li jkunu qeghdin jistennew b’entuzjazmu u b’hegga kbira il-hrug taghha mill-knisja.

 

Kellna l-loghob tan-nar, nar sabih, kaxxi infernali tal-kulur u giggifogu mal-muzika.  Imbaghad kellna xi haga ohra li thajrek tkompli tiehu sehem fl-organizazzjoni tal-festa.  Kellna hafna zghazagh u adulti jifirhu u jiccelebraw mal-banda taghna, waqt il-marci brijuzi li saru fl-ahhar granet tal-festa u li lahqu l-qofol taghhom lejlet l-festa filghaxija u nhar il-festa filghodu.  Marci brijuzi mlewwna bil-kuluri tal-bnadar, bziezaq u hafna armar iehor.

 

Dawn huma l-elementi li fuqhom hi mibnija l-festa tradizzjonali Maltija, il-festa tant mahbuba mill-poplu ta’ din il-gzira ckejkna taghna.  Ahna ninsabu kburin b’dak kollu li ghamilna, kburin ghall-fatt illi allavolja l-festa tal-Kunicizzjoni tal-Hamrun mhix xi festa mill-kbar nett, f’dawn l-ahhar snin kisbet il-popolarita` mixtieqa. U dan kollu ma sarx wahdu, ma giex mis-sema bhall-manna.  Sar bis-sahha tal-voluntiera li flimkien fasslu u tellghu l-programm festa 2008.

 

Ghalhekk ma nistawx ma nirringrazzjawx lil dawk kollha li hadmu bla heda, li qattghu sieghat twal fix-xemx qalila ta’ Lulju, li hallew il-hajja rutina ta’ kuljum fil-gemb, sabiex organizzaw u bnew il-festa ta’ l-2008.  Nirringrazzjaw lill-Grupp Armar Festa, il-mohh wara l-armar il-gdid, hafna mill-briju tal-marcijiet, il-magna li ma tieqaf qatt, l-mutur ewlieni tal-festa taghna.  Lil Ghaqda Dilettanti tan-Nar, l-ghaqda li sebbhet lis-sema bl-ilwien tal-loghob tan-nar ta’ l-ajru, lill-Kummissjoni Festa li organizzat l-attivitajiet tal-festa u fl-ahhar u mhux b’inqas lil Ghaqda Muzikali Immakulata Kuncizzjoni li daqqet marcijiet popolari u tal-widna fil-toroq taghna.  Prosit u prosit lilkom kollha hbieb. 

 

Grazzi ukoll lil parruccani li zejjnu l-bjut, il-faccati u l-galleriji tad-djar taghhom bil-bozoz, liedna u drapp u b’hekk libbsu lill-parrocca taghna libsa specjali, l-libsa tal-festa. Grazzi lill-hwienet u kumpaniji li offrew l-ghajnuna u s-servizzi taghhom. 

 

Kienet il-kollettivita` li wasslet u ghamlet festa hekk sabiha, festa li ghamlitna kburin li ahna tal-Kuncizzjoni tal-Hamrun.  Festa li ghal darba ohra ghamlet gieh lill-Hamrun taghna.

 

L-attivitajiet ma naqsux.  Gimgha qabel il-festa kellna Lejla Maltija organizzata fi Pjazza Kappillan Muscat.  In-nies li gew kienu allegrati mill-Brass Band, mill-kant, mill-loghob tat-tombla, flimkien ma` mejda mimlija b’ikel u xorb tradizzjonali Malti.  Kellna carcade mat-toroq, carcade brijuz b’ammont rekord t’ingenji mzejna ghal okkazjoni. 

 

Kellna l-marcijiet brijuzi li ferrhu lil dawk kollha li kienu hemm, it-tfiegh tal-karti, bziezaq, sparar ta’ musketterija, divertiment liema bhalu, divertiment u ferh li thossu biss darba f’sena u dan ghaliex konna qed niccelebraw xi haga li hi taghna biss, il-festa tal-parrocca. 

 

Kellna l-loghob tan-nar ta’ l-ajru, kaxxi infernali sbieh u bla periklu, kaxxi nfernali mahduma bl-aktar reqqa u sengha. Kaxxa infernali ferm sabiha mahduma mill-Ghaqda Dilettanti tan-Nar hekk kif l-istatwa waslet quddiem il-Jesmond Club. Il-giggifogu mal-muzika, xoghol mill-ifjen, muzika helwa u allegruza  li dwiet mat-toroq tal-parrocca sa tard bil-lejl. 

 

L-attivitajiet tal-knisja, quddies solenni, koncelebrazzjonijiet, ghasar, talb, kant, tifhir lil ommna l-Immakulata. Il-purcissjoni bl-istatwa ta’ Marija Immakulata, statwa grazzjuzi, unika, li daret mat-toroq fost l-entuzjazmu tal-poplu.  Imbaghad id-dhul eccezzjonali u uniku bhas-soltu, ferm mistenni, l-gemgha kbira li capcpet kontinwament, li ghajtet bil-ferh. 

 

Izda anki xi  demgha li harget minn ghajnejn id-dilettant.  U dan, fuq kollox bir-ragun ghax spicca kollox, is-separju tnizzel u l-festa ghaddiet.  Ferh imma fl-istess waqt deluzjoni kbira li ghadda kollox.  Il-festa ggib maghha hafna xoghol, imma maghha ggib ukoll ferh kbir li ma ssibu qatt u mkien aktar.

 

Ghalhekk prosit u grazzi lilkom kollha, prosit ghax ghamilna festa mill-aqwa, festa devota, festa li mhux kulhadd kapaci jaghmel bhalha.  Kellna festa mill-isbah u j’Alla jkollna festi isbah fil-snin li gejjin. U hekk se jkun u dan ghaliex il-preparamenti ghall-festa li jmiss diga bdew.

 

VIVA L-FESTA TAGHNA !!

 

*  *  *  *  *  *  *  *

 

FESTA 2007

 

 

Il-festa titulari fethet nhar il-21 ta’ Gunju b’quddiesa b’suffragju tal-erwieh li mietu matul is-sena.  Wara kien hemm Carcade mat-toroq tal-parrocca.  L-attivita` bdiet minn hdejn il-mahzen tal-armar bil-karozzi kollha prezenti jsuqu wara l-istatwa tal-Madonna fost il-brijju u d-daqq tal-hornijiet.  Wara li ghaddew minn diversi toroq saret waqfa quddiem il-knisja fejn sar it-tberik tal-ingenji kollha prezenti. 

 

L-ghada, it-22 ta’ Gunju saret Lejla Maltija fil-Pjazza Kappillan Muscat  u ghaliha attendew numru kbir ta’ parruccani.  Il-Lejla kienet tinkludi serata ta’ divertiment fejn hadu sehem numru gmielu ta’ kantanti u zeffiena lokali.  Spikka l-ikel tradizzjonali Malti, l-inbid tal-lokal u l-loghob tat-tombla. 

 

Is-Sibt, 23 ta’ Gunju qabel il-quddiesa ta’ filghaxija harget l-istatwa titulari minn nicca sabiex tpoggiet f’nofs il-knisja.  Wara kien hemm quddiesa mill-kappillan.

 

It-Tnejn, 25 ta’ Gunju gie iccelebrat Jum iz-Zghazagh u Tfal.  Fil-6.30 ta’ filghaxija saret quddiesa ghaz-zghazagh u wara t-tfal tal-parrocca ltaqghu sabiex flimkien hadu sehem fil-purcissjoni tat-tfal.  Il-purcissjoni bdiet minn hdejn il-muzew tas-subien fi Triq Barth u spiccat hdejn il-knisja.  Wara t-tfal kellhom quddiesa fil-knisja parrokkjali.

 

It-Tlieta, 26 ta’ Gunju saret ic-celebrazzjoni ta’ Jum l-Anzjani u l-Morda, sabiex imbaghad l-ghada kien iccelebrat Jum il-Komunita`.  Dakinhar saret quddiesa minn Monsijur Arcisqof Emeritus Guzeppi Mercieca bis-sehem tal-Kunsill Parrokkjali, kummissjonijet u ghaqdiet. Wara kien hemm bibita u pizza fil-bitha tal-istitut ta’ Fra Diegu.

 

Il-Hamis, 28 ta’ Gunju giet iccelebrata quddiesa fl-okkazzjoni ta’ Jum il-Vokazzjonijet u s-Sacerdoti.  Qabel kien hemm ruzarju meditat.     Filghaxija imbaghad kien hemm marc brijuz mis-Socjeta Muzikali Immakulata Kuncizzjoni.

 

Il-Gimgha, 29 ta’ Gunju gie iccelebrat Jum il-Familja b’quddiesa mmexxija minn Dun Hector Scerri. Filghaxija sar marc mis-Socjeta Muzikali Immakulata Kuncizzjoni u li matulu giet imbierka l-istatwa l-gdida tal-anglu li saret fl-okkazjoni tal-25 sena tal-Grupp Armar Festa.  Tard bil-lejl wara l-marc saret il-prezentazzjoni tradizzjonali tal-bukketti tal-fjuri lill-Madonna mir-residenti tat-toroq u l-ghaqdiet.

 

Is-Sibt, 30 ta’ Gunju u lejlet il-festa filghaxija saret Translazzjoni Solenni tar-Relikwija tal-Madonna u wara quddiesa.  Waqt it-Translazzjoni nharaq loghob tan-nar tal-ajru u musketterija.  Filghaxija kien hemm programm strumentali quddeim il-knisja u wara marc mill-Ghaqda Muzikali Immakulata Kuncizzjoni.  Ma’ tmiem il-marc sar il-giggifogu bil-muzika.  Kien hemm ukoll spettaklu bil-Laser.  Ghal ewwel sena t-tapit inhadem kollu kemm hu mill-membri tal-Ghaqda Dilettanti tan-Nar tal-lokal.  Is-serata giet fit-tmiem b’kaxxa nfernali tal-kulur.

 

Il-Hadd, 1 ta’ Lulju u Jum il-Festa beda bil-quddiesa Solenni tal-Festa li tmexxiet minn Monsinjur Louis Camilleri.  Ghalija attendew il-membri tal-Kummissjoni Festa, il-Grupp Armar, ta’ l-Ghaqda Dilettanti tan-Nar, tal-Ghaqda Muzikali Immakulata Kuncizzjoni flimkien ma persuni distinti u numru kbir ta’ parruccani u devoti ta’ Marija Immakulata.  Imbaghad wara kulhadd attenda ghall-marc tradizzjonali tal-Hadd filghodu. Spikka l-armar u l-brijju flimkien mal-marci brijjuzi tal-banda Immakulata Kuncizzjoni.

 

Filghaxija wara l-quddiesa harget il-purcissjoni bl-istatwa titulari tal-Immakulata Kuncizzjoni.  Fil-hrug inharaq salut, musketterija u kaxxa inferali. Il-purcissjoni kienet ikkumpanjata mill-banda Anici ta’ Hal Qormi u mill-banda San Bartolimew tal-Gharghur.  Tul il-purcissjoni inharqu diversi kaxxi nfernali tal-kulur, fosthom wahda spettakolari minn fuq il-bejt tal-Jesmond Club u li kienet organizzata mill-Ghaqda Dilettanti tan-Nar.  Kaxxa nfernali ohra tal-kulur nharqet mill-fuq il-bejt tal-kazin tal-banda.  Fil-dhul saret tislima lill-Madonna, tkantat l-Ave Marija u wara nharqet musketterija u kaxxa nfernali tal-kulur.

 

L-ghada tal-festa saret quddiesa ta’ Radd il-Hajr bis-sehem tal-membri tal-Kummissjoni Festa, tal-Grupp Armar u l-ghaqdiet l-ohra.  Aktar tard saret ikla ghad-dilettanti tal-festa fuq il-bejt tac-centru parrokkjali.

 

L-attivitajiet tal-festa gew fi tmiemhom it-Tlieta, 3 ta’ Lulju bid-dilettanti tal-festa jqattghu gurnata bahar f’Bahar ic-Caghaq.  Gurnata ta’ mistrieh u divertiment wara daqstant xhur ta’ hidma.

 

Kienet festa mill-isbah fejn spikkat il-partecipazzjoni tal-pubbliku.  Kienet festa specjali fejn kien iccelebrat bil-kbir il-25 anniversarju tal-Grupp Armar Festa.  Ghal dan l-anniversarju gie ippublikat ktejjeb specjali bl-istorja tal-grupp armar, il-festa u l-armar tat-toroq.  Kienet festa li kien ilu ma jkollna bhala s-snin u dan grazzi ghad-dilettanti kollha li flimkien organizzaw festa mill-isbah, festa ohra li ma tintesa qatt.

 

*  *  *  *  *  *  *  *

 

IL-FESTA TAL-2006

 

Il-festa titulari fethet nhar it-22 ta’ Gunju b’Carcade u bit-tberik tal-karozzi mill-Kappillan quddiem il-knisja.  Din l-attivita` kienet organizzata minn xi membri tal-Grupp Armar wara nuqqas ta’ snin u nistghu nghidu li l-partecipazzjoni tas-sewwieqa kienet aktar milli dik mistennija.  L-attivita` bdiet minn hdejn il-mahzen tal-armar bil-karozzi kollha prezenti jsuqu wara l-istatwa tal-Madonna fost il-brijju u d-daqq tal-hornijiet.  Wara li ghaddew minn diversi toroq saret waqfa quddiem il-knisja fejn sar it-tberik tal-ingenji.  Wara tkompla l-carcade mat-toroq sabiex wasal fi tmienu hdejn il-mahzen tal-armar.

 

L-ghada, it-23 ta’ Gunju saret Lejla Maltija fil-Pjazza Kappillan Muscat  u ghaliha attendew numru sabih ta’ parruccani.  Il-Lejla kienet tinkludi serata ta’ divertiment fejn hadu sehem numru ta’ kantanti u zeffiena, sar xi loghob tan-nar tal-art u anki kien hemm il-loghob tat-tombla.  Spikka l-ikel tradizzjonali Malti u l-inbid tal-lokal.  Qabel il-Lejla Maltija quddiem il-knisja u fuq l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-Hamrun kellna spettaklu minn grupp ta’ Sbandieratori Taljani minn Ruma.

 

Is-Sibt, 24 ta’ Gunju filghaxija harget l-istatwa minn nicca sabiex tpoggiet f’nofs il-knisja.  Wara kien hemm quddiesa mill-kappillan.

 

It-Tnejn, 26 ta’ Gunju t-tfal tal-parrocca ltaqghu sabiex flimkien hadu sehem fil-purcissjoni tat-tfal.  Il-purcissjoni bdiet minn hdejn il-muzew tas-subien u spiccat fil-knisja.  Wara kellhom quddiesa.

 

It-Tlieta, 27 ta’ Gunju saret celebrazzjoni fl-okkazzjoni ta’ Jum il-Familja, sabiex imbaghad l-ghada fil-knisja gie iccelebrat Jum l-Anzjani u l-Morda.

 

Il-Hamis, 29 ta’ Gunju gie iccelebrat Jum il-Komunita` b’quddiesa bis-sehem tal-Kunsill Parrokkjali, kummissjonijet u ghaqdiet.  Wara kien hemm bibita fil-bitha tal-istitut ta’ Fra Diegu.  Imbaghad filghaxija kien hemm marc mill-banda La Stella tal-Gudja.

 

Il-Gimgha, 30 ta’ Gunju giet iccelebrata quddiesa fl-okkazzjoni ta’ Jum il-Vokazzjonijet.  Imbaghad aktar tard filghaxija sar marc mill-Banda San Guzepp tal-Hamrun.  Tard bil-lejl saret il-prezentazzjoni tal-fjuri lill-Madonna mir-residenti tat-toroq u l-ghaqdiet.

 

Is-Sibt, lejlet il-festa filghaxija saret Translazzjoni Solenni tar-Relikwija tal-Madonna u wara quddiesa.  Waqt it-Translazzjoni nharqet kaxxa nfernali u loghob tan-nar iehor.  Filghaxija kien hemm programm muzikali u wara marc kbir mill-Ghaqda Muzikali Immakulata Kuncizzjoni. Wara l-marc sar il-giggifogu sinkronizzat mal-muzika.  Is-serata giet fit-tmiem b’kaxxa infernali tal-kulur.

 

Il-Hadd, Jum il-Festa beda bil-quddiesa Solenni tal-Festa li ghaliha attendew il-membri tal-Kummissjoni Festa, tal-Grupp Armar, tal-Ghaqda Dilettanti tan-Nar, ta' l-Ghaqda Muzikali Immakulata Kuncizzjoni flimkien ma' persuni distinti u numru kbir ta’ parruccani.  Imbaghad wara kulhadd irhiela ghall-marc tradizzjonali tal-Hadd filghodu fejn spikka l-armar u l-brijju li jafu jaghmlu l-membri tal-Grupp Armar u tal-banda, flimkien mal-marci brijjuzi tal-banda Immakulata Kuncizzjoni.  Imbaghad wara l-quddiesa ta’ filghaxija harget il-purcissjoni bl-istatwa titulari tal-Kuncizzjoni.  Fil-hrug inharqet kaxxa nferali u musketterija. Il-purcissjoni kienet akkumpanjata mill-banda San Bartolimew tal-Gharghur u mill-banda Anici ta’ Hal Qormi.  Tul il-purcissjoni inharqu diversi kaxxi nfernali tal-kulur.

 

L-ghada tal-festa saret quddiesa ta’ ringrazzjament bis-sehem tal-membri tal-Kummissjoni Festa, tal-Grupp Armar u l-ghaqdiet l-ohra.  Aktar tard saret ikla ghall-helpers fuq il-bejt tal-knisja.

 

L-attivitajiet tal-festa gew fi tmiemhom bid-dilettanti tal-festa jqattghu gurnata bahar f’Paradise Bay.  Gurnata ta’ mistrieh u divertiment wara daqstant xhur ta’ hidma.

 

 

 

 

SAN GORG PRECA


(1880 - 1962)

 

Gorg Preca twieled gewwa l-Belt Valletta, nhar it-12 ta' Frar tal-1880. Tul tfulitu hu nghata trobbija nisranija minghand il-genituri tieghu. Dun Gorg ghamel l-istudji tieghu fil-Licew u aktar tard fis-Seminarju. Jinghad illi Dun Gorg ma kienx xi bniedem b’sahhtu, anzi sahhtu kienet verament fragli.  Dan wassal sabiex hu marad serjament meta kien djaknu u t-tabib tieghu ma kienx daqstant ottimist illi hu jfiq.  Kien biss b’miraklu u bl-intercessjoni ta' San Guzepp li hu fieq mill-marda li kellu.

 

Dun Gorg kien ordnat sacerdot fit-22 ta' Dicembru tal-1906 izda sa minn qabel ma’ sar qassis, hu kien diga intebah li l-poplu ta' Alla kien jinhtieg min jghallmu. Hawnhekk hu beda jikteb regola bil-lingwa Latina bil-hsieb li jwaqqaf socjeta` ta' djakni halli bit-taghlim taghhom jghinu lill-Isqfijiet fil-formazzjoni nisranija.

 

Zmien wara Dun Gorg beda jifforma grupp ta' zghazagh sabiex ikunu kapaci jghallmu lill-ohrajn. Kien hawnhekk illi hu xehet attenzjoni kbira fuq Ewgenju Borg, zaghzugh jahdem it-Tarzna.  Dun Gorg kien jiehdu ghalih wahdu biex jghallmu u jispjegalu l-hajja ta' Gesu’ kif kienet miktuba fl-Evangelju ta’ San Gwann. Aktar tard Ewgenju sar l-ewwel Superjur Generali tas-Socjeta` ta' Dun Gorg.

 

Din is-socjeta` tad-Duttrina Nisranija bdiet il-hidma taghha fost il-Maltin fil-Hamrun fis-sena 1907.  L-ewwel ftit snin kienu kemmxejn difficli ghaliex mhux kulhadd kien fehem x'ried ifisser Dun Gorg. Kien hemm min sahansitra interpretah hazin. U dan ghaliex il-poplu ma kienx imdorri jara il-Bibbja u t-teologija f'idejn il-lajci haddiema.  Ghalihom din kienet xi haga gdida. U aktar minn hekk kienet xi haga gdida ukoll li dawn il-lajci johorgu fit-toroq sabiex iwasslu l-Kelma ta' Alla lil poplu.  Sa mill-bidu nett, Dun Gorg kien obbliga lill-katekisti  tieghu sabiex ta’ kuljum, wara li jkunu lestew mit-taghlim jiltaqghu flimkien ghal siegha ta' formazzjoni.

 

Kien biss wara hamsa u ghoxrin sena ta’ hidma, illi l-Isqof ta' Malta kien approva s-Socjeta’ u r-Regola ta’ Dun Gorg Preca, socjeta` maghrufa l-aktar bil-motto taghha, M.U.S.E.U.M. – “Magister Utinam Sequator Evangelium Universus Mundus” u li tfisser “Mghallem, mhux li kien li d-dinja kollha timxi wara l-Evangelju”.

 

Imbaghad mal-moghdija tas-snin bdew jinfethu centri ghat-taghlim nisrani f’diversi rhula madwar Malta. It-tfal bdew imorru ta’ kuljum f’dawn ic-centri u dan ghax hemmhekk kienu sabu persuni ddedikati li jghinuhom jikbru. Dan il-bzonn inhass l-aktar ghaliex il-hajja nisranija tal-poplu kienet mibnija fuq is-sagramenti u d-devozzjonijiet, izda minghajr gheruq sodi fit-taghlim tal-Knisja.

 

Dun Gorg beda ukoll jghallem bil-kitba u dan minkejja l-kwistjoni li kien hawn f'Malta f’dak il-perjodu bejn it-Taljan u l-Ingliz.  Ghalhekk hu beda jikteb bil-Malti, il-lingwa tal-poplu, u dan ghamlu sabiex il-messagg ikun car u li jifhmu kulhadd. Ta’ min jghid illi l-Publikazzjonijiet tieghu, u dan bejn kotba u fuljetti jlahhqu mal-mija u hamsin. 

 

Wara snin twal ta’ hidma, l-aktar fil-Hamrun, Dun Gorg Preca miet fis-26 ta' Lulju 1962 gewwa Santa Venera.  Hemmhekk hu kien qatta l-ahhar ftit xhur ta' hajtu.  Hu miet fl-eta` ta’ tnejn u tmenin sena.

 

 

Il-Kawza ghall-Beatifikazzjoni

 

Kollox beda wara li Charles Zammit Endrich fieq minghajr ebda spjegazzjoni minn kundizzjoni maghrufa bhala “Retinal Detachment” li hu kellu f’ghajnejh ix-xellugija.  Dan il-kaz kien sehh nhar it-3 ta’ Frar tal-1964.   L-esperti medici stess kienu kkonfermaw illi l-fejqan tieghu ma’ kienx sar b’xi intervent tal-kururgija, izda b’miraklu.  Il-miraklu kien sar bl-intercessjoni ta’ Dun Gorg Preca. Charles Zammit Endrich eventwalment miet nhar it-13 ta’ Mejju tal-1987.

 

Dun Gorg sar Venerabbli mill-Papa Gwanni Pawlu II nhar it-28 ta’ Gunju ta’ l-1999, waqt cerimonja li kienet saret gewwa l-Vatikan.  Fid-diskors tieghu l-Papa kien qal hekk “Gie approvat illi l-qaddej t’Alla, Dun Gorg Preca, qassis u fundatur tas-socjeta’ tad-Duttrina Nisranija ghex hajja ta’ virtu, paci, karita` u fidi.  Fi ftit kliem hajja ddedikata lil Alla”.

 

Ghal din ic-ceremonja kienu attendew l-Arcisqof Guzeppi Mercieca, l-Isqof Awziljarju Annetto Depasquale, Monsinjur Charles Scicluna, promutur tal-kawza, it-tabib Jimmy Farrugia, L-ambaxxatur Malti ghall-Vatikan, flimkien ma’ Victor Delicata, John Formosa, Phyllis Falzon, Hilda Chircop u Patri Mark Said.

 

Il-process ghall-beatifikazzjoni kompla miexi l-quddiem meta fit-22 t’Ottubru 1999, il-Kungress tat-Teologija kien ikkonferma li l-fejqan ta’ Charles Zammit Endrich kien wiehed mirakoluz. Fil-11 ta’ Jannar 2000 il-kongregazzjoni ikkonfermat dak li kien qal il-kungress, sabiex nhar is-27 ta’ Jannar 2000 il-Papa Gwanni Pawlu II iffirma d-digriet li bih Dun Gorg Preca kien sar Beatu.

 

Dun Gorg kien iddikkjarat Beatu waqt celebrazzjoni religjuza li kienet saret mill-Papa Gwanni Pawlu II nhar id-9 ta’ Mejju 2001 gewwa l-fosos tal-Furjana.  Dakinhar flimkien ma’ Dun Gorg kienu saru beati ukoll Nazju Falzon u Adeodata Pisani.  Dan kien sar fost il-ferh tal-poplu Malti.  Matul l-istess zjara, il-Papa kien zar ukoll il-qabar ta’ Dun Gorg gewwa l-kappella tal-M.U.S.E.U.M. fil-Hamrun. 

 

 

Il-Ftuh tal-Qabar ta’ Dun Gorg

 

Il-ftuh tal-qabar li jinsab taht il-kappella tal-M.U.S.E.U.M. fil-Hamrun, sar nhar is-7 ta’ Lulju tas-sena 2000.  Prezenti, fost l-ohrajn kien hemm l-Arcisqof Guzeppi Mercieca, Monsinjur Charles Scicluna, numru ta’ esperti medici u forensici, flimkien ma’ ghadd ta’ membri tas-socjeta` tal-M.U.S.E.U.M. Wara tmienja u tletin sena, il-gisem ta’ Dun Gorg instab intatt u ppriservat, b’ghadam tieghu ghadhom miksija b’gilda niexfa u ta’ lewn skur.

 

Fis-27 ta’ Lulju tal-istess sena gie Malta il-Professur Nazzareno Gabrielli, sabiex janalizza u jara x’kellu jsir sabiex il-gisem ta’ Dun Gorg jigi ppriservat.  Matul iz-zjara tieghu hu tkellem ma’ l-esperti forensici u medici Maltin dwar dak kollu li kellu jsir.  Fost l-ohrajn saru ukoll testijiet bir-Raggi X fejn kien gie analizzati l-intern ta’ Dun Gorg.

 

 

Lejn il-Kanonizazzjoni

 

Il-kaz beda meta tarbija li twieldet f’Lulju tas-sena 2001 zviluppat kumplikazzjonijiet serji fil-fwied. It-tarbija ttiehdet l-Isptar San Luqa fejn hemmhekk hi nghatat il-kura kollha disponibbli mill-specjalisti Maltin. Madankollu, il-kundizzjoni taghha marret ghal aghar u ghalhekk it-tarbija ntbaghtet l-Ingilterra, ezattamnet f’King’s College Hospital ta’ Londra sabiex hemmhekk hi nghatat kura mill-aktar specjalizzata.

Fl-14 ta’ Lulju 2001, l-ispecjalisti ddecidew illi l-unika tama li kien hemm sabiex it-tarbija ssalva kienet li tinghata fwied gdid. Wara li kienet iffissata d-data ta’ l-operazzjoni, instab illi l-fwied li kien se jinghata lit-tarbija ma kienx jaqbel maghha u ghalhekk dan l-intervent ma setax isir.

Kien f’dawn il-granet ta’ qtigh il-qalb illi sar talb ghall-intercessjoni ta’ Dun Gorg, fejn sahansitra fuq it-tarbija tqeghdet ingwanta li kienet intuzat waqt l-ezumazzjoni tal-Beatu. Fl-20 ta’ Lulju, 2001, il-kundizzjoni tat-tarbija qalbet ghall-ahjar u l-fwied taghha beda jiffunzjona kif suppost. Erbat ijiem wara, it-tobba ddecidew li t-tarbija ma kellhiex aktar bzonn it-trapjant tal-fwied.


F’Lulju 2002 it-Tribunal Ekklezjastiku tal-Arcidjocesi ta’ Malta taht it-tmexxija ta’ Monsinjur Arthur Said Pullicino, ta bidu ghall-Process Djocesan sabiex jistudja dan il-kaz u jara jekk kellux ikun prezentat lill-Kongregazzjoni tal-Kawzi tal-Qaddisin.  Il-Process Djocesan inghalaq ufficjalment nhar id-19 ta’ Gunju 2004, meta waqt koncelebrazzjoni li saret fil-Kon-Kattidral ta’ San Gwann, l-Arcisqof Guzeppi Mercieca ffirma d-dokumenti tal-kaz.

 

Fis-17 ta’ Dicembru 2004, il-Kongregazzjoni tal-Kawzi tal-Qaddisin iddecidiet li l-process li sar Malta kien validu u aktar tard, ezattament nhar it-30 t’Ottubru tal-2006, il-Kungress tat-Teologi ta parir favorevoli.

 

Fil-bidu ta’ Jannar 2007 il-Kardinali u l-Isqfijiet membri tal-Kongregazzjoni tal-Kawzi tal-Qaddisin approvaw il-miraklu li kellu jwassal sabiex il-Beatu Gorg Preca jigi kanonizzat. Din l-ahbar inghatat mill-Arcisqof Guzeppi Mercieca fl-10 ta’ Jannar 2007 waqt laqgha tal-membri tas-Socjeta` tal-M.U.S.E.U.M, fis-Seminarju tal-Arcisqof f’Tal-Virtu` fir-Rabat.

Fi Frar 2007 il-Papa Benedittu XVI approva d-digriet tal-Kongregazzjoni tal-Kawzi tal-Qaddisin dwar it-tieni miraklu fil-kawza tal-kononizzazzjoni tal-Beatu Gorg Preca. Dan sahhah it-tama li Dun Gorg kien se jsir qaddis u li Malta fi ftit zmien iehor kien se jkollha l-ewwel qaddis taghha. Fl-14 ta’ Frar li ghadda, Monsinjur Arcisqof Pawl Cremona, habbar li l-Papa kien approva t-tieni miraklu ta’ Dun Gorg u li se jlaqqa’ l-Koncistorju.

Imbaghad nhar it-22 ta’ Frar filghodu, il-Papa Benedittu XVI sejjah lill-Kardinali ghall-Koncistorju, fejn matulu, il-Kardinali esprimew il-pariri taghhom dwar il-kanonizzazzjoni ta’ hames beati fosthom il-Beatu Malti Gorg Preca. Wara li l-Papa Benedittu XVI sema’ l-pariri u ttiehed vot dwar kull kawza, il-Papa habbar li Dun Gorg Preca, flimkien ma’ tliet Beati ohrajn kienu se jigu kanonizzati fit-3 ta’ Gunju 2007 gewwa l-Vatikan, waqt li Beatu iehor se jigi kanonizzat fil-11 ta’ Mejju, 2007 fil-Brazil.

L-istqarrija ufficjali mahruga mill-Vatikan fi tmiem il-Koncistorju, u li ghalih attendew Monsinjur Arcisqof Emeritus Guzeppi Mercieca u Monsinjur Isqof t’Ghawdex Mario Grech kienet tghid hekk. “Questa mattina, alle ore 11, nella Sala del Concistoro del Palazzo Apostolico Vaticano, durante la celebrazzione dell’Ore Sesta, il Santo Padre Benedetto XVI ha tenuto il Concistorio Ordinario Pubblico per la Canonizzazione del Beato Giorgio Preca, presbitero, fondatore della Societas Doctrinae Christianae.”  Il-Koncistorju sar kollu kemm hu bil-Latin, il-lingwa ufficjali tal-knisja.
 
Fl-okkazjoni ta’ dan il-Koncistorju, f’nofs in-nhar, indaqqet mota ta’ kwarta fil-knejjes kollha madwar Malta. Imbaghad filghaxija, nxteghlu l-faccati tal-knejjes kollha ta’ Malta u Ghawdex.

 

Imbaghad nhar it-3 ta' Gunju 2007 wasal l-akbar jum ghalina l-kattolici Maltin, Jum il-Kanonizazzjoni ta' missierna San Gorg Preca.  Ghal din l-okkazjoni hekk unika, l-Maltin attendew bi hgarhom gewwa l-pjazza tal-Vatikan sabiex flimkien mal-Papa Benedittu XVI raw lil Dun Gorg isir l-ewwel qaddis Malti. 

 

VIVA L-EWWEL QADDIS MALTI, VIVA SAN GORG PRECA

 

Nota: Ir-ritratti murija fuq dan l-artiklu m'humiex tal-awtur izda huma mehudin mis-sit tas-socjeta tal-MUSEUM u minn  xi siti ohra.