. FESTA KUNCIZZJONI HAMRUN

TAGHRIF STORIKU U KONTEMPORANJU DWAR IL-FESTA TAL-IMMAKULATA KUNCIZZJONI, IL-PARROCCA U L-HAMRUN

 

 

 

L-ISTATWI TITULARI

 

L-ewwel statwa tal-Immakulata Kuncizzjoni waslet fil-kappella ta’ Pawlu Burlo` fl-1924, wara li hu kien ghamel xi zmien jigbor minn ghand in-nies ta’ l-inhawi.  Ix-xewqa ta’ Pawlu kienet li jpoggi lil din l-istatwa ghall-qima tad-devoti f’post xieraq fil-kappella li hu kellu fi Triq Vitale. 

 

Din l-istatwa hekk artistika kienet inhadmet mill-istatwarju Karmenu Gatt tal-Hamrun u ghalkemm mhiex daqstant kbira hija verament grazzjuza. Ghal bosta snin, matul il-gimgha tal-festa, din l-istatwa kienet titpogga fic-centru tal-oratorju u aktar tard fil-knisja parrokkjali sabiex tinghata qima xierqa u specjali. Din l-istatwa baqghet tintuza sal-1967.  Dan minhabba il-fatt li fi Frar tal-1968 kienet ingiebet statwa ohra li kienet akbar u aktar adatta ghall-knisja il-gdida li kienet ghadha kif inbniet.

 

Ghal xi snin din l-istatwa kienet tintrama fuq pedestal fi Pjazza Kappillan Muscat ghal matul il-granet tal-festa tal-parrocca, izda kien jidher car illi din kienet qed iggarrab hafna hsarat u ghalhekk ma ntramatx aktar.  Ghal xi snin  u ta' kull sena, l-istatwa kienet tintuza waqt il-purcissjoni tat-tfal li ssir matul il-festa tal-parrocca.  Illum din l-istatwa tinsab mizmuma bl-akbar ghozza f'nicca fil-kamra tal-abbatini.

  

 

It-tieni statwa titulari kienet ingiebet fil-parrocca taghna nhar l-10 ta’ Frar tal-1968.  Dan sar ghaliex l-istatwa ta’ zmien l-oratorju kienet kemmxejn ckejkna zzejjed sabiex tkun tista’ titpogga fil-knisja parrokkjali. 

 

Din l-istatwa kienet mahduma fi Spanja u ngiebet hawn Malta mis-Sur Mattocks.  Hi waslet fil-knisja taghna sewwa sew lejlet il-pussess tal-kappillan Dun Guzepp Mifsud Bonnici, ftit granet wara li l-knisja saret parrocca.  Mal-wasla taghha hi ddahhlet b’purcissjoni fil-knisja fost l-entuzjazmu tal-folla migbura. 

 

Ghal bosta snin, din l-istatwa titulari u patruna taghna, kienet mizmuma f’nicca fil-knisja u ta’ kull sena matul il-festa kienet tohrog b’purcissjoni tul it-toroq fost id-devozzjoni tal-parruccani.

 

Din l-istatwa tal-Kuncizzjoni serviet bhala statwa titulari sas-sena 1985 u l-lum hi tinsab f’nicca hdejn il-librerija parrokkjali.

 

 

It-tielet statwa titulari li ghandna llum waslet fil-parrocca taghna ezattament nhar it-30 ta’ Novembru tal-1985.  Hija statwa verament artistika u kienet giet moghtija lilna mill-Arcikonfraternita` tal-Kuncizzjoni tal-Belt Valletta.  Din l-istatwa nhadmet mid-ditta Rosa Zanazio & Co. ta’ Ruma fl-1903. Din id-ditta kienet twaqqfet minn Francesco Rosa u aktar tard inghaqad mieghu Zanazio.  L-istatwa kienet mahduma fuq il-mudell tal-artist Spanjol Estaban Murillo u kienet mahduma kollha kemm hi bil-kartapesta rumana.  It-tul taghha hu ta’ 180 cm u kienet swiet madwar 612-il lira Taljana, somma kemmxejn kbira ghal dak iz-zmien. 

 

Originarjament din l-istatwa kienet giet ordnata mir-rettur Bartoli tal-Arcikonfraternita` tal-Kuncizzjoni sabiex tiehu post dik ta’ qabilha.  Fil-fatt hi kienet giet ordnata f’Ottubru tal-1902 u waslet Malta s-sena ta’ wara, ezattament fit-3 ta’ Dicembru.  Haga interessanti hafna kien il-fatt  illi qabel waslet Malta, l-istatwa kienet ittiehdet il-Vatikan sabiex hemmhekk giet imbierka mill-Papa Ljun XIII. 

 

Din l-istatwa nghatat lill-parrocca taghna wara li l-kappillan ta’ dak iz-zmien,  Dun Manuel Agius kien sar jaf minghand Carmelo Maggi li l-Arcikonfraternita` tal-Kuncizzjoni tal-Belt Valletta kellha statwa zejda tal-Kuncizzjoni.  It-talba formali ghaliha kienet saret fis-16 ta’ Novembru tal-1984.  Wara sena ta’ trattativi u laqghat, nhar it-30 ta’ Novembru tal-1985 saret ic-cerimonja tat-trasferiment fil-knisja parrokkjali, b’kuntratt quddiem in-nutar Guzeppi Cachia, il-mistednin distinti u l-parruccani.

 

Fl-1988 l-istatwa titulari saritilha l-indurata u anki pedestal gdid.  Aktar tard saritilha ukoll bradella gdida, mant aktar adattat minn ta’ qablu u sett fjuretti u girlanda tal-ganutel.  Ta’ kull sena matul il-festa din l-istatwa tohrog fil-purcissjoni fost l-ghozza u l-ferh ta’ kulhadd. 

 

 

IL-KWADRI TITULARI

 

 

L-ewwel kwadru titulari wasal fil-kappella ta’ Triq Vitale fl-1924.  Darba fost l-ohrajn l-kjeriku Karmenu Gatt kien il-Belt Valletta, fi Triq San Pawl u f’hanut proprjeta tas-sur Licari lemah pittura taz-zejt li kienet tirrapprezenta lill-Kuncizzjoni.  Xi granet wara l-kjeriku Gatt tkellem ma’ Pawlu Burlo` fejn qallu b’dak li hu kien ra fil-hanut.  Min-naha tieghu Pawlu ma qaghadx jitlef zmien u minnufih irhiela lejn il-Belt bil-hsieb li jakkwista dan il-kwadru.  Il-hsieb tieghu kien li jesponieh bhala t-titular minflok il-kwadru zghir li kellu fil-kappella.  Meta s-sur Licari sar jaf bil-hsieb ta’ Pawlu ma qaghadx jahsibha sabiex jirregala dan il-kwadru lill-oratorju. 

 

Ghall-ewwel il-kwadru kien gie espost fil-mezzanin tieghu fi Triq Vitale, numru sittax, izda aktar tard dan kien ukoll ittiehed fl-oratorju ta’ Triq id-Duluri, fejn tpogga fuq l-altar.  Meta mbaghad inbniet il-knisja l-gdida, dan l-istess kwadru dam iservi bhala l-kwardu titulari sas-sena 1968.  Hi verament hassra li sal-gurnata tal-lum l-artist li pitter dan il-kwadru hekk sabih ghadu mhux maghruf.  Illum dan il-kwadru storiku jinsab merfugh bl-akbar ghozza fil-bini tal-parrocca.

 

It-tieni kwadru kien gie rregalat u ngieb fil-knisja taghna ftit taz-zmien wara li l-knisja kienet saret parrocca.  Dan il-kwadru hu mpitter biz-zejt fuq it-tila u kien gie mahdum minn suor Emilia tal-Egittu li jinsabu fil-parrocca taghna.  Fih insibu rapprezentazzjoni ta’ Marija Immakulata maghrufa bhala ta’ Murillo.  Originarjament din x-xbieha hekk sabiha kienet tpittret ghall-ewwel darba mill-artist Spanjol Estaban Murillo u kienu hafna l-artisti li gew influwenzati minn dak li kien pitter dan l-artist Spanjol.  Fosthom kien hemm is-sorijiet tal-Egittu li ghogobhom ipittru u jirregalaw dan il-kwadru lill-parrocca. 

 

Il-kwadru originarjament kellu gwarnic bl-indurata tad-deheb, izda xi snin wara kienet saret alterazzjoni billi zdiedet mieghu burdura tal-pannu ta’ lewn blu skur.  Imbaghad fuq barra kien rega` twahhal gwarnic indurat iehor.  Dan il-kwadru ghamel zmien twil imwahhal fin-navata principali fuq l-altar maggur, sakemm fl-1983 hadlu postu t-tielet titular.   Illum dan il-kwadru jinsab esebit fis-sagristija tal-knisja parrokkjali.

 

It-tielet titular ingieb wara li kienet ilha tinhass il-htiega li l-kwadru titulari taz-zejt li kienet ghamlet s-suor Emilia ma’ kienx ghadu addattat ghal ma’ l-istil tal-knisja taghna u wisq aktar ghax kien kemm xejn zghir ghan-navata principali.  Ghaldaqstant il-kappillan ta' dak iz-zmien, Dun Manwel Agius flimkien mal-kunsill Pastorali u l-kunsill Parrokkjali analizzaw dak kollu possibbli sabiex jaraw x’kellu jsir sabiex dan il-kwadru jinbidel u minfloku ssir xi haga aktar addattata. Wara hafna studju kien gie deciz li l-ahjar li jsir kien titulari tal-mosaic b’rapprezentazzjoni tal-Immakulata Kuncizzjoni mwahhal direttament fuq il-hajt.  Fix-xhur ta’ wara kienu saru numru ta’ laqghat ta’ konsultazzjoni mal-kumpanija E. Theuma & Co. Ltd. tal-Belt Valletta, agenti f’Malta u li kellhom ikunu l-importaturi ta’ dan it-titular. 

 

Fl-1982 waslet Malta, mill-Italja kaxxa kbira tal-injam mimlija bicciet ta’ xoghol tal-mosaic u li kienu jirraprezentaw ix-xbieha tal-Immakulata Kuncizzjoni.  Din, aktar tard matul l-istess sena kienet twahhlet fuq il-presbiterju fin-navata tan-nofs.  Ix-xbieha li tixbah hafna lil Kuncizzjoni ta’ Murillo, nhadem mid-ditta T. Sarti ta’ Pietrasanta, Lucca.  Dan it-titular kien gie inawgurat mill-kappillan tal-parrocca waqt cerimonja li saret fil-25 ta’ Gunju 1983.