
IL-LOGHOB TAN-NAR
Ghalkemm mhux xi element ewlieni, sa mill-ewwel festa, li kienet saret fl-1968 kien sar xi loghob tan-nar izda dan dejjem kien kemmxejn limitat. Dan gara
minhabba l-fatt li l-Hamrun kien u ghadu kollu kemm hu mibni u ghalhekk sa
Imbaghad fis-snin ta' wara l-loghob tan-nar zdied xi ftit. Flimkien mal-giggifogu bdew ukoll jinharqu xi kaxxi infernali, l-aktar fil-hrug u d-dhul tal-purcissjoni. Kienu jinharqu wkoll murtali tal-kulur, spanjola, dawk tal-bomba, torci u fjammi Rumani flimkien mal-musketterija.
Ghal diversi snin mill-ghalqa maghrufa bhala “Tal-Fatati” kien jinharaq xi loghob tan-nar tal-ajru fosthom murtali tal-kulur, blalen, murtaletti u anki kaxxi infernali. Dan kien sar bejn l-1985 u l-1994 meta tul dawk is-snin kienu jinharqu kaxxi infernali fit-Translazzjoni u wara l-giggifogu, kif ukoll waqt il-hrug u d-dhul tal-purcissjoni. Imbaghad ghal sentejn bejn l-1995 u l-1996 minn din l-ghalqa kienu nharqu wkoll murtaletti u anki blalen. Izda sforunatament, illum dan ma jistax isir aktar minhabba li din l-ghalqa spiccat ghal kollox u minflok hemm biss bini. Din l-ghaqda kienet tinsab f'tarf Triq Kappillan Mifsud.
Sa mill-ewwel sena tal-festa kien sar programm ta' loghob tan-nar tal-art u dan ghadu jsir sal-gurnata tal-lum. Fl-ewwel snin dan kien isir fi Pjazza Kappillan Muscat, sabiex imbaghad mexa ghal tarf Triq il-Kappillan Mifsud. Illum il-giggifogu qed isir fi Triq Manwel Magri, biswit il-knisja parrokkjali. Ghal xi snin barra dak ta' lejlet il-festa kien jinharaq ukoll giggifogu fl-ahhar Jum tat-Tridu, kif ukoll fid-dhul tal-vara fil-knisja. Illum il-giggifogu qed jinharaq biss lejlet il-festa, izda huwa interessanti l-fatt illi dan hu l-uniku loghob tan-nar tal-art li jsir fil-Hamrun.
Kas mhux daqstant sabih, izda mhux ta' min ma jsemmiehx kien sehh waqt il-hrug tal-purcissjoni mill-knisja, fl-1985. Dakinhar waqt il-hruq tal-kaxxa infernali tal-hrug kienu nqelbu xi kanni u wiehed mill-murtali tal-bomba baqa` diehel f'gallerija li hemm faccata tal-knisja. Il-gallerija kienet garrbet xi hsarat strutturali zghar, filwaqt li mara li kienet fl-istess gallerija tara l-hrug kienet garrbet xi griehi hfief hafna.
Tul is-snin kienu diversi l-kmamar tan-nar li taw is-servizz taghhom lill-festa tal-parrocca taghna. Ix-xoghol taghhom kien jikkonsisti generalment f’murtali tal-bomba u spanjola, murtali tal-kulur, kaxxi infernali kif ukoll giggifogu u musketterija. Fost dawn il-kmamar kien hemm:
Ø Il-kamra tan-nar 'Sant Elena' ta’ Birkirkara.
Ø Il-kamra tan-nar 'San Filep' ta’ Haz-Zebbug.
Ø Il-kamra tan-nar '12 ta' Mejju' ta' Haz Zebbug.
Ø Il-kamra tan-nar 'Marija Assumpta' tal-Qrendi.
Ø Il-kamra tan-nar 'San Guzepp' ta’ Haz-Zebbug.
Ø Kamra tan-nar privata mill-Imqabba.
Ø Kamra tan-nar privata mill-Mellieha.
Ø Kamra tan-nar privata mill-Qrendi.
Ø Kamra tan-nar privata minn Naxxar.
Ø Kamra tan-nar privata minn Haz Zebbug.
Matul is snin kien hemm ukoll numru ta' dilettanti mill-parrocca li ghal snin shah taw ukoll is-sehem taghhom f’dan il-qasam billi ghamlu xoghol ta’ kaxxi infernali u murtali tal-kulur. Ghal xi snin kienu ukoll jinharqu kaxxi infernali
Ghalhekk illum in-nar tal-festa taghna huwa kemmxejn limitat. Prezentament il-Kummissjoni Festa hija responsabbli mill-musketterija li tinharaq
Imbaghad l-Ghaqda Dilettanti tan-Nar tiehu hsieb il-loghob tan-nar tal-ajru, parti mill-giggifogu tas-Sibt filghaxija u anki l-muzika ta’ ma l-istess giggifogu.
F'dawn l-ahhar snin din l-ghaqda ghamlet dak kollu li setghet sabiex matul il-festa jkollna xi ftit loghob tan-nar. Dan l-ahhar waqt it-Translazzjoni ta' lejlet il-festa u anki waqt il-hrug tal-purcissjoni l-ghaqda bdiet tispara salut tad-dahna, murtali bi qsim tal-karti flimkien ma' kaxxi infernali ta' qies zghir. Tajjeb nghidu li ma' dawn jinharqu wkoll kaxxi infernali tal-kulur kemm is-Sibt wara l-loghob tan-nar tal-art, kif ukoll meta l-purcissjoni tasal quddiem il-Jesmond Club u fid-dhul tal-istatwa lura fil-knisja. Dawn il-kaxxi infernali huma kollha ffinanzjati mill-ghaqda tan-nar.
Bhalissa fil-kariga ta' president tal-ghaqda hemm is-Sur Alan Cutajar, kaxxier is-Sur Anton Mifsud u segretarju s-Sur Dexter Vassallo. Dawn qed jamminstraw l-ghaqda flimkien ma` numru iehor ta' membri tal-kumitat. Sadanittant l-ghaqda tinsab ghaddejja bil-preparamenti ghall-festa tas-sena d-diehla, fosthom attivitajiet flimkien mal-Grupp Armar, l-aktar dawk tal-fund-raising. Miexi gmielu wkoll il-progett illi l-ghaqda se taghmel bhala tifkira ghall-okkazjoni tal-15 Anniversarju mit-twaqqif taghha.
L-GHAQDA DILETTANTI TAN-NAR

La darba qeghdin nitkellmu fuq l-loghob tan-nar ma nistghux ma nsemmux lil Ghaqda Dilettanti tan-Nar tal-parrocca taghna. L-Ghaqda Dilettanti tan-Nar hija l-aktar socjeta` zaghzugha li nsibu fil-parrocca taghna u fil-fatt din kienet twaqqfet nhar it-18 ta’ Lulju tal-1995.
F’mohh id-dilettanti tan-nar tal-parrocca kien ilu jberren il-hsieb li titwaqqaf ghaqda sabiex tiehu hsieb in-nar tal-ajru u anki biex tigbor il-fondi mehtiega.
Kien xi gimgha wara l-festa tal-1995 meta Ivan Bugeja, Alan Cutajar flimkien ma' Oliver Agius avvicinaw lil xi dilettanti sabiex flimkien iwaqqfu lil din ghaqda tan-nar. Aktar tard saru xi laqghat fejn gie mwaqqaf l-ewwel kumitat u anki l-istatut li fuqu kellha timxi din l-ghaqda.
Matul dawn il-laqghat kien gie diskuss id-disinn tal-arma u tal-bandiera tal-ghaqda. L-arma li ntghazlet dakinhar kienet tikkonsisti f'Nome di Maria sserrah fuq parcmina bil-kelmiet “Dilettanti tan-Nar” u b'zewg murtali. Il-bandiera maghzula kienet ta' lewn bajdani bil-burdura celesta mad-dawra u bl-arma fin-nofs.
Il-kumitat fundatur tal-ghaqda kien maghmul
Ivan Bugeja – President
Alan Cutajar – Segretarju
Oliver Agius – Kaxxier
Clive Micallef – Vici-President
Josef Belli – Ufficcjal Relazzjonijiet Pubblici
Simon Micallef – Assistent Kaxxier
Noel Mangion – Membru
Fl-ewwel xhur il-laqghat tal-kumitat kienu jsiru fid-dar ta’ wiehed mill-membri fl-Imsida. Aktar tard dawn bdew isiru f’post fi Triq Joe Sciberras, sabiex il-lum il-laqghat qeghdin isiru fil-Jesmond Sporting Club ta’ Triq Kanonku Bonnici l-Hamrun.
Sa mill-bidu nett l-iskop ewlieni li ghalih kienet twaqqfet l-ghaqda kien dak li jithejja programm varjat ta’ loghob tan-nar ghall-festa. Bejn l-1995 u l-1999 in-nar tal-festa kien jinharaq mill-ghalqa li kien hemm fi Triq il-Kappillan Mifsud, hekk imsejha “Tal-Fatati”. Din l-ghalqa kienet kbira mhux hazin u kienu jinharqu diversi murtali fosthom blalen, sfejjer, murtali tal-kulur u anki murtaletti. Fis-sena 2000 l-ghalqa bdiet tinbena u ghalhekk l-uniku post li minnu beda jinharaq in-nar ta’ l-ghaqda kien il-bejt tal-Jesmond Sporting Club. Hawnhekk l-affarijiet tbiddlu xi ftit.
Kienu diversi l-attivitajiet li l-ghaqda organizzat tul is-snin. Fosthom wiehed isemmi l-hargiet u barbecues hdejn il-bahar, kompetizzjonijiet tal-futbol, ricevimenti tal-Milied ghat-tfal tal-istitut Fra Diegu, dinner dances , high teas, kompetizzjoni l-“Isbah Presepju” u anki diskos.
Ta’ kull sena l-ghaqda tippubblika l-ktejjeb specjali tal-festa u anki torganizza riceviment ghall-mistednin distinti, hbieb u dilettanti tal-festa.
Fl-1998 l-ghaqda ipprezentat marc brijjuz lill-banda tal-parrocca bl-isem “Dilettanti tan-Nar”, miktub mis-surmast Josef Belli, ex-membru ta’ din l-ghaqda. Marc iehor bl-isem “
Fl-2005 gie mfakkar l-ghaxar snin anniversarju mit-twaqqif ta’ l-ghaqda. Ghal din l-okkazjoni hekk specjali kienu saru diversi attivitajiet fosthom programm specjali ta’ loghob tan-nar tal-ajru, sar ghal ewwel darba l-giggifogu sinkronizzat mal-muzika u anki riceviment kbir fejn kienu mistiedna fost l-ohrajn il-membri kollha tal-kumitat li servew tul is-snin. Ghal dan l-anniversarju l-president Alan Cutajar nieda progett ta’ statwa li tirrapprezenta lill-Papa Piju IX, flimkien ma' pedestal sabiex jintramaw fi Triq il-Kappillan Mifsud matul il-gimgha tal-festa . L-istatwa kienet inawgurata fil-festa tal-2006, filwaqt li l-pedestal izzanzan matul il-festa tal-2007. Dan il-progett tifkira tal-ghaxar anniversarju kien lest minn kollox matul il-festa tas-sena ta' wara.
Ghall-festa tal-2007 u ghal ewwel darba l-Ghaqda Dilettanti tan-nar hadmet it-tapit tal-giggifogu fuq erba` arbli. Ix-xoghol sar kollu kemm hu minn xi membri tal-ghaqda flimkien ma persuna ohra li allavolja mhux mill-parrocca tat dak kollu li setghet sabiex dan sehh. Haga ohra sabiha li saret ghal ewwel darba dik is-sena kien l-ispettaklu bil-laser li sar waqt l-giggifogu. Flimkien tal-loghob tan-nar u l-muzika dan il-laser kompla sebbah lil din il-lejla meraviljuza ta' lejlet il-festa taghna.
Matul il-festa tal-2008 l-ghaqda tan-nar ghamlet programm sabih bil-qofol tieghu jintlahaq nhar jum il-festa, meta minn fuq il-bejt tal-Jesmond Club giet mahruqa kaxxa infernali mill-aqwa. Kaxxi infernali ohra nharqu fil-hrug u fil-dhul tal-purcissjoni. Lejlet il-festa bhas-snin li ghaddew l-ghaqda hejjiet muzika eccezzjonali li akkumpanjat lill-loghob tan-nar tal-art.
Ghall-festa tal-2009 l-ghaqda regghet hadet hsieb il-loghob tan-nar tal-ajru, parti mill-loghob tan-nar tal-art u anki l-muzika ta' mal-giggifogu. Kienu diversi l-kaxxi infernali li nharqu matul il-festa fosthom wahda sabiha hafna minn fuq il-Jesmond Club, fejn ghal din il-festa nharqu kaxxi infernali maghmula fic-Cina, kaxxi infernali mill-aqwa u bla periklu. Barra dan kollu l-ghaqda hadet hsieb ukoll il-loghob tan-nar li nharaq minn fuq il-bejt tal-kazin tal-banda u anki minn fuq zewg bjut privati, wahda wara l-giggifogu u ohra waqt il-hrug tal-purcissjoni.