
IL-BINI TAL-KNISJA
Il-h
Id-disinn tal-knisja l-gdida sar
L-ewwel ma sar kien it-thaffir tal-blat. Wara nbniet u ssaqfet is-sala ta’ taht il-knisja u malli din kienet lesta beda jsir il-quddies, l-ewwel fil-Hdud u l-festi u aktar tard dak ta' kuljum.
hidma ghas-servizz lill-komunita`. Aktar tard din is-sala ssemmiet propju ghal Dun Edgar.
Fit-23 ta’ Marzu 1958, waqt cerimonja sabiha u fil-prezenza ta’ E.T. l-Isqof Emmanuel Galea, Dun Mattew Chircop, il-Kanonku Micallef, Dun Guzepp Aquilina u Dun Edgar Vella tqieghdet l-ewwel g
Minkejja l-problemi u d-dizappunti l-knisja bdiet tiela aktar malajr milli wiehed kien qed jistenna. Hija verament hasra li Dun Edgar Vella ma rax lil dan il-progett jintemm, wara tant snin ta’ hidma u sagrificcji kbar. Dun Edgar miet fl-20 ta’ Novembru tal-1962 wara li kien ilu aktar

Fl-1 ta’ Lulju 1966, l-knisja tal-Immakulata Kuncizzjoni saret vici-parrocca, b’digriet li kien mahrug mill-Arcisqof Mikiel Gonzi nhar il-15 ta’ Gunju 1966. Imbaghad b’digriet iehor din id-darba mahrug fit-28 ta’ Dicembru 1967, il-Kurja ta’
IL-KNISJA PARROKKJALI
Kif diga ntqal qabel il-knisja nbniet fuq id-disinn tas-sur Guze` Damato, bil-pjanti necessarji jsiru u jigu ffirmati mill-perit Carmelo Cumbo. L-ispiza totali lahhqet l-eluf tal-liri bix-xoghol tal-bini jdum sejjer ghal madwar h
L-istil li bih hija mibnija l-knisja jqarreb hafna lejn il-Joniku. Fil-faccata, fin-nofs insibu l-bieb principali, b’gholi ta’ tnax-il filata. Fuqu imbaghad hemm tieqa kbira nofs tond, msaqqfa b’arkata u li fiha hemm rapprezentazzjoni Marjana mahduma fil-hgieg. Imbaghad fuq l-arkata hemm l-iskrizzjoni “Madonna Berikna”, xoghol fil-bronz li sar fl-1988.
Fuq kull naha tal-bieb principali hemm zewg bibien laterali, izghar fil-qies u mwaqqfa fuq 8 filati. Fuq dawn iz-zewg bibien hemm zewg twieqi tondi dekorati b’lavur hafif fejn originarjament fihom kellu jsir l-arlogg.
Fil-faccata nsibu ukoll sitt kolonni kwadri bi 23 filata u kapitell Joniku. Fuqhom hemm fontispizju u gwarnic mahduma fuq l-istess stil. Fuq il-fontispizju hemm statwa ta’ Marija Immakulata li kienet nhadmet
Il-koppla tal-knisja hi kollha kemm hi mahduma bil-konkos rinfurzat, u sserrah fuqha hemm lanterna li fiha 48 tieqa (16 kbar u 32 zghar). Il-lanterna tlestiet fil-5 ta’ Dicembru 1970 fuq disinn tal-perit Aquilina. Fuqha, jiddomina lill-parrocca mbaghad hemm salib kbir ta’ l-azzar.
Ezatt biswit il-koppla hemm il-kampnar mahdum bil-g
Il-knisja ghandha ghamla rettangulari b’qies ta’ 44 metru fond u 14-il metru wisa'. Il-paviment tal-knisja hu miksi bil-granit griz tat-tip Sardo Grigio u b’zewg faxxi granit ahmar tat-tip Cappo Bonito tul il-korsija. Id-disinn ta’ dan il-paviment sar
Pass importanti fit-tisbih tal-knisja taghna kien sar fl-1973, meta fostna kien gie l-perit Taljan Monsinjur Valerio Vigorelli. Hu kien gie sabiex jara l-knisja u janalizza x’kellu jsir sabiex il-knisja tinghata dehra aktar sabiha u li tigbdek. Kien hu li ddisinja s-sistema tad-dawl tal-knisja, id-dekorazzjoni tal-hitan, tal-koppla, tas-saqaf tal-knisja u l-presbiterju. Kien hu li wara hafna diskussjonijiet mal-kappillan tal-parrocca, Dun Guzepp Mifsud Bonnici, gie fdat bil-progett tat-tisbih tal-knisja taghna.
Fuq il-parti ta’ quddiem fejn hemm il-presbiterju, il-knisja ghandha tliet kappelluni fejn f’dak tan-nofs hemm it-titular u tahtu seba’ rapprezentazzjonijiet b’tema Marjana, l-arma tal-Parrocca u l-arma tal-Papa Gwanni Pawlu II, il-Papa ta' dak iz-zmien. Dawn huma mahduma fil-muzajk, xoghol li sar l-Italja mid-ditta T. Sarti ta’ Pietrasanta fl-1983.
Fuq kull genb tal-knisja, fuq nett u jmissu kwazi mas-saqaf hemm filliera twieqi bi hgieg ikkulurit u b’disinji li jirraprezentaw il-Litanija tal-Madonna. Bejn dawn it-twieqi hemm numru ta’ kolonni kwadri, mahdumin bil-g
Il-presbiterju hu bla ebda dubju l-akbar opra li nsibu fil-knisja. Ix-xoghol sar mid-ditta Spiteri Sacco tal-Hamrun fl-1982 u hu kollu kemm hu maghmul mill-granit ahmar u rham kannella car. Dan il-presbiterju hu mqieghed skond kif tghid il-liturgija moderna tal-Koncilju Vatikan II. Id-disinn sar mis-sacerdot perit Taljan Monsinjur Valerio Vigorelli. Sensiela ta’ turgien, joholqu dizlivelli fejn fuqhom insibu l-elementi ewlenin ghall-presbiterju komplut. Fin-nofs, fuq wara hemm it-turris, b’tabernaklu tal-bronz, mahdum fl-1983 fuq disinn ta’ Gianni Bonnici. Dan huwa l-post qaddis fejn tinzamm l-Ewkaristija. Fuq quddiem imbaghad hemm l-altar mejda. Fuq il-lemin hemm tlett sedji li jintuzaw mill-koncelebrant u l-abbatini, filwaqt li fuq ix-xellug hemm l-Ambone u l-Battisteru. Fid-dahliet tal-kappelluni, wara nett hemm il-post li normalment waqt xi funzjoni jintuza mill-kor, l-abbatini u c-celebranti. Taht in-navata principali hemm seba’ sedji tal-irham griz, li saru fl-1987 mid-ditta L.L.F. Ltd.
Fuq in-naha ta’ wara hdejn il-bibien ta’ barra nsibu zewg nicec, wahda ghall-istatwa titulari ta’ Marija Immakulata u l-ohra ta' San Guzepp. Fuqhom imbaghad hemm zewg nicec ohra li sal-gurnata tal-lum ghadhom vojta. Bejn dawn in-nicec hemm gallerija, mahduma bil-lavur fil-g
Ta’ min isemmi il-Via Sagra li tirraprezenta l-passjoni ta’ Gesu Kristu, xoghol ta’ Gianni Bonnici. Bejn il-Via Sagra, imwahhla fuq il-pilastri hemm tnax-il salib tal-Konsagrazzjoni disinn ta’ Dun Gino Gauci. Dawn saru fl-1988 u huma maghmulin
Fl-2008 u ghal darb'ohra nghata bidu ghall-progett tat-tisbieh tal-knisja. L-ewwel ma sar kien il-water-proofing tas-saqaf minn barra, sabiex aktar tard issewwew xi hsarat strutturali fis-saqaf u fil-koppla. Imbaghad il-knisja nzebghat mill-gdid, b'kulur aktar vivaci.
Fil-knisja wiehed isib hames lapidi kommemorattivi, dik tat-tqieghid tal-ewwel gebla tal-knisja, tal-ghaxar anniversarju tal-parrocca, tal-wasla tal-istatwa titulari, tal-ghoxrin anniversarju mit-twaqqif tal-parrocca u fl-ahhar nett tal-hamsa u ghoxrin anniversajru tal-parrocca.