. FESTA KUNCIZZJONI HAMRUN

TAGHRIF STORIKU U KONTEMPORANJU DWAR IL-FESTA TAL-IMMAKULATA KUNCIZZJONI, IL-PARROCCA U L-HAMRUN

 

IL-HAMRUN

 

 

Il-Hamrun jinsab f'latitudni ta' 35.88472 (Lat DMS 35D 53M 5S) u f'longitudini ta' 14.48444 (Long DMS 14D 29M 4S) u jinsab ftit aktar minn kilometru u nofs il-boghod mill-belt kapitali tal-gzira taghna, il-Belt Valletta.  Dan is-subborg hekk importanti hu mdawwar minn diversi bliet u rhula fosthom il-Marsa, Santa Venera, Gwardamangia u l-Imsida, filwaqt li jinsab vicin hafna ta' bliet kummercjali ohra fosthom il-Furjana, Rahal Gdid u Tas-Sliema.  L-isem Hamrun x'aktarx li hu gej minn laqam tal-familja li kienet tghix f'dawk l-inhawi ghall-habta tal-1848.  L-emblema tikkonsisti fi skud ahmar fuq sfond abjad u x'aktarx illi ilha tezisti sa mill-1875.  Il-motto huwa 'Propera Augesco' jigifieri Dlonk Nikber, u dan huwa minnu ghaliex il-Hamrun minn ftit ghexieren ta' rziezet u vilel sar wiehed mill-akbar subborgi li hawn f'pajjizna.  Skond l-ahhar censiment ufficjali li sar fl-2005, il-popolazzjoni tal-Hamrun tlahhaq ghal madwar 9,028 resident mqassmin f'zewg parrocci, dik iddedikata lil San Gejtanu u lil Marija Immakulata. Tajjeb nghidu ukoll illi l-Hamrun huwa r-raba`l-aktar post f'Malta bl-oghla densita` ta' popolazzjoni.  

 

Fil-Hamrun insibu diversi postijiet storici fosthom it-torri t'Atocja li hu assocjat mal-akwadotti ta' Wignacourt, il-kappella ta' Porto Salvo, il-kappella tal-Madonna t'Atocja u l-istazzjon tal-ferrovija li serva bejn Frar tal-1883 u Marzu tal-1931.  Illum parti minn dan l-istazzjon qed jilqa` lill-fabbrika tal-Malta Dairy Products, filwaqt li parti ohra qed tintuza mill-iscouts tal-lokal.  Insibu ukoll obelisk illi sfortunatament jinsab qalb il-bini ta' bejn Triq San Gejtanu u Triq San Giovanni u ghalhekk ma jistax jitgawda mill-pubbliku.  Barra minn hekk fil-Hamrun insibu numru kbir ta' xelters tat-Tieni Gwerra Dinjija li kienu gew imhaffra minn nies tal-lokal matul il-gwerra.

 

Attrazzjoni ohra hija Pjazza San Pawl li tinsab fil-qalba tal-Hamrun u hija bla dubju ta' xejn fost l-isbah li nsibu f'Malta.  Fil-Hamrun insibu numru t'istituti fosthom dak ta' Fra Diegu Bonanno u tal-Little Sisters of the Poor.  Hemm ukoll numru ta' kazini tal-baned fosthom tal-Kuncizzjoni, ta' San Guzepp u ta' San Gejtanu.  Insibu wkoll il-kazin tal-Hamrun Spartans, li kienu gew imwaqqfa fl-1907 u li llum ghandhom l-grawnd taghhom fil-parti tal-Hamrun maghrufa bhala l-Milend.  Klabb sportiv iehor huwa dak tal-Hamrun Liberty. 

 

Interessanti wkoll hija l-fabbrika tal-birra l-antika ta' Farsons u li ghalkemm illum din m'ghadiex tiffunzjona, il-bini ghadu hemm fl-istat originali tieghu.   Il-Hamrun kien famuz ukoll ghan-numru ta' teatri tac-cinema li kellu.  Fost dawn kien hemm ir-Radio City, l-Hollywood, ir-Rex, it-Trianon, il-Cristoforo Colombo, ix-Chant Eclair, l-Odeon u l-Lumiere. Hemm ukoll numru mdaqqas ta' skejjel, fosthom l-iskola Primarja Dun Frans Camilleri li nbniet fil-bidu tas-Snin Ghoxrin, u l-iskola Dun Gorg Preca.  Skejjel ohra huma dik ta' Marija Assumpta, Marija Regina, Dun Guzepp Zammit u l-Immaculate ConceptionMinn dawn l-iskejjel hargu diversi persuni li taw gieh kemm lill-Hamrun kif ukoll lil pajjizna.

 

Nies prominenti li taw gieh lil din il-belt kienu San Gorg Preca, Fra Diegu Bonanno, il-markis Vincenzo Bugeja, is-soru Adelaide Cini, Oreste Chircop, Anton Buttigieg u Dun Frans Camilleri.  Il-poplu Hamruniz huwa maghruf bhala Tas-Sikkina u xi kultant anki bhala Ta' Werwer.   

 

L-ASPETT STORIKU FIL-QOSOR

 

L-istorja tal-Hamrun tmur lura ghall-perjodu Fenicu-Kartaginiz jew kif inhu maghruf aktar il-perjodu Puniku.  Li hu zgur hu, li f'dawk iz-zminijiet fl-inhawi tal-Hamrun ga kienet tezisti komunita` mdaqqsa.  Xhieda ta' dan huma numru t'oqbra li kienu nstabu fl-1960 fl-inhawi hekk imsejha Ta' Bastun.  F'dawn l-oqbra kienu nstabu diversi oggetti interessanti fosthom fdalijiet umani, fuhhar u anki oggetti personali li kienu jitpoggew fl-oqbra mal-mejtin f'dawk iz-zminijiet hekk bikrija tal-istorja ta' pajjizna.  Jidher ukoll illi fi zmien il-Medju Evu u hawnhekk qed nirreferi ghall-perjodu Gharbi dawn l-istess inhawi kienu ghadhom abitati u ghal darb'ohra dan jixhdu qabar iehor li kien istab snin ilu.

 

Aktar tard fi zmien l-Ordni ta' San Gwann u ftit snin wara li nbniet il-Belt Valletta, l-inhawi tal-Hamrun bdew isiru xi ftit aktar importanti.  Kollox beda minn hdejn Triq il-Kbira San Guzepp u li f'dawk iz-zminijiet kien jissejjah Casale San Giuseppe.  Din ma kienet xejn hlief triq passagga bejn il-belt Valletta u l-ImdinaMaz-zmien fuq il-gnub ta' din it-trejqa beda tiela xi bini l-aktar vilel zghar ta' xi kavallieri.

Meta fl-1614 il-Gran Mastru Alof de Wignacourt ta bidu ghall-progett tal-Akwadotti, il-Hamrun sar kemmxejn aktar importanti l-aktar ghall-fatt illi fl-inhawi ta' Triq Atocja kien inbena Torri sabiex jikkontrolla l-ilma li kien jghaddi minn hemmhekk.  Imbaghad aktar ma' ghadda zmien aktar komplew jinbnew djar u palazzi fuq il-gnub tat-triq, l-aktar fil-parti ta' fejn illum hemm ir-rahal ta' Santa Venera.


X'aktarx illi l-Hamrun dam ma beda jizviluppa ghall-fatt illi kien qrib hafna l-fortifikazzjonijiet tal-Furjana u tal-belt Valletta.  X'aktarx ukoll illi l-ewwel bini li kien hemm fil-Hamrun kien jinsab fl-inhawi tal-kappella tal-Madonna t'Atocja.  F'dawk iz-zminijiet dawk l-inhawi kienu maghrufa bhala Ta' Braksja.  Jinghad illi hemmhekk kien hemm kappella li kienet iddedikata lil San Nikola.  Imbaghad fis-Seklu Sbatax kienet inbniet kappella ohra, din id-darba iddedikata lill-Madonna t'Atocja jew Tas-Samra kif inhi aktar maghrufa. 

 

Kappella ohra li tmur lura ghal dawk iz-zminijiet hija dik iddedikata lill-Madonna ta' Porto Salvo, maghrufa bhala ta' Santu Nuzzu.   Din tinsab fi Triq San Guzepp u kienet giet iffinanzjata mis-sinjura Margherita Grech ghall-habta tal-1745.  Huwa interessanti hafna l-fatt illi din il-kappella kienet saret vici-parrocca fit-22 ta' Novembru 1859 mill-Isqof Gaetano Pace Forno.

 

Wara t-tluq tal-Ordni ta' San Gwann u aktar tard tal-Francizi, il-bini fil-Hamrun beda tiela` b' rittmu mghaggel hafna.  Dan sar l-aktar ghall-fatt  illi din il-bicca art kienet vicin hafna tal-belt kapitali u tal-portijiet. Dan kollu sar fi ftit aktar minn sittin sena.


Il-popolazzjoni kompliet tizdiet u ghalhekk bdiet tinhass il-htiega li tinbeda knisja kbira sabiex tkun tista taqdi l-htigijiet spiritwali tan-nies tal-inhawi.  Kien fl-1869 li nghata bidu ghall-bini ta' knisja gdida.  Din infethet fl-1875 u minnufih saret talba sabiex din il-knisja u l-inhawi taghha jsiru parrocca.  Fil-fatt dan sehh fl-1881 bil-knisja tigi iddedikata lil San Gejtanu ta' Tiene.


Aktar ma kompla jghaddi z-zmien aktar kompliet tizdied il-popolazzjoni u hawnhekk bdiet tinhass sew il-htiega li tinbeda knisja ohra.  Dan gara minhabba l-fatt illi fi zmien it-Tieni Gwerra Dinjija l-Hamrun, li kien diga popolat hafna, kompla jizdied fin-numru minhabba nies li kienu gew mill-inhawi tal-Port il-Kbir. Aktar tard, fl-1968 twaqqfet it-tieni parrocca, dik iddedikata  lill-Immakulata Kuncizzjoni tal-Vergni Marija.  Il-knisja kienet ikkonsagrata f'Mejju tal-1988 mill-Arcisqof Guzeppi Mercieca.  Knejjes ohra fil-Hamrun huma dik tal-Madonna t'Atocja, ta' San Frangisk t'Assisi, tal-Duluri, tal-Midajla Mirakoluza tal-Madonna u tal-Madonna ta' Porto Salvo.

 

Gewwa l-Hamrun wiehed isib ukoll numru ta' monumenti.  Fosthom ta' min isemmi l-Masolew ta' Spencer,  il-monument ta' Dr. Anton Buttigieg, u l-monument tal-Jum Internazzjonali taz-Zghazagh.  Dawn kollha jinsabu fi Blata l-Bajda. Imbaghad fi Pjazza San Pawl hemm zewg monumenti, dak tal-Millenju u l-monument ta' Fra Diego Bonanno.  Fl-ahhar nett hemm ukoll monument iddedikat lil Oreste Chircop f'tarf Triq Danny Cremona.

 

 

IL-POPOLAZZJONI MATUL IS-SNIN

 


 Sena  Popolazzjoni
 1850  30 Dar
 1890  6,120
 1901  10,393
 1908  10,400
 1911  14,601
 1921  12,347
 1931  11,600
 1970  14,900
 1975  13,600
 1980  13,900
 1985  13,682
 1989  13,700
 1994  13,600
 1995  11,195
 1998  11,020
 2000  11,000
 2001  11,300
 2005  9,028



MILL-ISTORJA TAL-HAMRUN

 

QABAR PUNIKU-RUMAN

 

Dan il-qabar kien gie misjub fil-Hamrun f’April tal-1960 waqt li kienu qeghdin isiru xi xogholijiet fuq pedamenti ta’ dar, fl-inhawi maghrufa bhala “Tal-Bastun” (541E, 717N).  Id-dipartiment tal-muzewijiet kien infurmat mill-ewwel b'din is-sejba hekk interessanti u rari ghal din il-lokalita'. Minnufih id-direttur tal-muzewijiet, il-kaptan Charles G. Zammit, fl-assenza tal-kuraturi ta’ l-arkeologija li kienu jinsabu l-Italja ghamel l-skavi mehtiega u minn hemmhekk gabar dak kollu li kien hemm f'dan il-qabar. 

 

Dan il-qabar kien jikkonsisti f’zewg kmamar tad-dfin u xaft minn fejn wiehed kien jinzel u jidhol.  Fih instabu l-fdalijiet ta’ sitta u ghoxrin skeletru li l-eta` taghhom kienet tvarja bejn dik ta' tfal sa t’adulti ta’ madwar sittin sena.  L-iskeletri kienu kollha ta' persuni li kienu jghixu Malta minn barra ta' tnejn li x’aktarx kienu irgiel b’origini barranija.  Fil-qabar kienu nstabu ukoll mal-163 oggett relatat mad-dfin.  L-affarijiet misjuba kienu dawn:

 

Misluta tad-deheb

Amfori – 1 shiha u 2 miksura

Garar cenerarji – 4

Garar b’ghonq – 4

Bombli – 28

Tazzi – 16

Platti – 58

Imsiebah – 37

Fliexken tal-fwieha (unguentaria) – 3 fuhhar, 8 hgieg (wiehed minnhom kellu l-marka ta’ min hadmu - A  METR  A)

 

Dan il-qabar thaffer fit-Tieni Seklu W.K. meta r-Rumani kienu kwazi eleminaw kull influwenza Punika minn Malta.  Dan jikkonfermawh l-oggetti misjuba u anki l-forma ta’ dan l-istess qabar.

 

Sfortunatament, illum il-qabar jinsab mghotti bil-bini u ghalhekk ma jezisti l-ebda access sabiex wiehed ikun jista' japprezza s-sbuhija tieghu, imma tal-inqas l-affarijiet arkeologici li kienu ngabru minnu  jinsabu fil-Muzew tal-Arkeologija, il-Belt Valletta (bhalissa l-parti fejn kienu esebiti dawn l-affarijiet tinsab maghluqa).

 

Skond ir-rapport  "Public Consultation Draft- Local Plans" li kien ippubblikat mill-MEPA f'April 2000, f'pagna 238, Appendix 4 "Lista ta' Siti Arkeologici - Policies NHC07 u 08" jinghad hekk "......is-sit huwa iddokumentat, jezistu pjanti u ritratti imma mhux accessibbli".  Skond l-istess rapport il-qabar jaqa taht il-Klassi E.

 

 

 

IT-TURRETTA T'ATOCJA U L-AKWADOTTI

 

 

Hekk hija maghrufa fostna l-Hamrunizi din it-turretta li tinsab fi Triq Atocja l-Hamrun u li originarjament kienet inbniet fi zmien il-Granmastru Alof de Wignacourt.  Din kienet tifforma parti importanti mis-sistema t'akwadotti li mir-Rabat kienu jwasslu l-ilma lejn il-Belt Valletta.  It-turretta ghandha forma ta' cilindru u hija mibnija kollha kemm hi mill-gebla tal-franka.  Fil-parti ta' fuq imbaghad hemm l-arma tal-Granmastru, mahduma fl-irhan abjad.  Il-rwol principali tat-turretta kien dak li jikkontrolla l-ilma li kien jghaddi mill-kanali tal-akwadotti.

 

F'dawk iz-zminijet wahda mill-akbar problemi li sabet ma’ wiccha l-Ordni ta’ San Gwann wara li nbniet il-Belt Valletta kienet dik tal-provista tal-ilma tajjeb ghax-xorb.  L-uniku sors t’ilma li kellha l-Belt kien gej mill-bjar li kien hemm u minn ghajn naturali li kien instab f’Mejju ta’ l-1566.  Izda dan ma tantx dam sakemm nixef u spicca ghal kollox.

 

Ghalhekk kien mehtieg li jingieb l-ilma minn x’imkien iehor barra l-Belt.  L-ewwel ma ttanta xortieh kien il-Granmastru Garzes, izda minhabba problemi teknici u anki finanzjarji dan il-progett kellu ta’ bilfors jigi pospost.

 

Kien il-Granmastru Wignacourt li fl-1610 rega` ta’ bidu ghal dan il-progett.  L-ilma kellu jingieb mill-inhawi tar-Rabat, Had Dingli u l-Imdina sabiex inbaghad kellu jingabar fi Gnien is-Sultan, limiti tar-Rabat.  Sa H’Attard kollox mexa harir, izda minn hawnhekk bdew il-problemi minhabba li l-art tbaxxiet f’daqqa.  Hawnhekk kellhom jinbnew sensiela t’arkati sabiex dan id-dizlivell gie eleminat.  B’kollox kienu nbnew mal-361 arkata fuq medda t’art li kienet ta’ madwar 15.6 kilometri.  Sabiex il-progett kien komplut kienu mehtiega madwar 154,868 skud u mas-sitt mitt persuna li flimkien ghamlu x-xogholijiet kollha tal-bini u tat-tqattiegh tal-kanali.  L-inginiera li wettqu dan il-progett hemm majjestuz kienu l-Malti Giovanni Attard u t-Taljan Bantadini.

 

L-ilma wasal il-Belt Valletta nhar il-21 t’April 1615 fi Pjazza San Gorg.  Hemmhekk kienet saret cerimonja kbir fejn ghaliha kienu attendew l-istess Granmastru u l-Gran Prijur, flimkien mal-poplu.  Ghal din l-okkazjoni fl-istess pjazza kienet inawgurata funtana u li kienet tirrapprezenta l-progett komplut.