. FESTA KUNCIZZJONI HAMRUN

TAGHRIF STORIKU U KONTEMPORANJU DWAR IL-FESTA TAL-IMMAKULATA KUNCIZZJONI, IL-PARROCCA U L-HAMRUN

 

 

L-EWWEL FESTA TAL-PARROCCA

 

Novembru - Dicembru 1968 

 

 

L-ewwel festa titulari ddedikata lill-Immakulata Kuncizzjoni kienet giet iccelebrata bejn it-28 ta’ Novembru u t-8 ta’ Dicembru tal-1968.  Din kienet saret ezattament hdax-il xahar wara li l-knisja saret parrocca.

 

Ghall-okkazjoni tal-ewwel festa kienet saret Novena li bdiet fit-28 ta’ Novembru, b’quddiesa koncelebrata bl-omelija mill-E.T. Monsinjur Isqof Galea.  Kienu saru diversi celebrazzjonijiet ohra bi thejjija, fosthom li ta' kuljum kien jinghad ruzarju bibbliku, issir adorazzjoni Ewkaristika u wara kienet tigi ccelebrata quddiesa bl-omelija.  Fost dawk li hadu sehem matul in-novena kien hemm it-tfal, iz-zghazagh, il-familji, is-sacerdoti, il-morda u l-ghaqdiet kollha tal-parrocca.  Matul dawn il-granet kienet inawgurata bradella gdida ghall-istatwa titulari.

 

Il-qofol ta' kollox intlahaq fl-ahhar tlett ijiem tal-festa fejn kienu saru diversi celebrazzjonijiet gewwa l-knisja.  Il-Gimgha 6 ta’ Dicembru, l-ahhar jum tat-tridu filghodu saret adorazzjoni u wara quddiesa.  Imbaghad filghaxija regghet fethet l-adorazzjoni u wara saret quddiesa mill-W.R. Patri Vincenz Portelli, O.P. kappillan ta’ Gwardamangia.  Is-Sibt, 7 ta’ Dicembru, lejlet il-festa  filghaxija saret translazzjoni solenni bl-ghasar kantat.  Wara giet ikkoncelebrata quddiesa.  Nhar jum il-festa, 8 ta’ Dicembru filghodu, saret quddiesa kantata solenni mill-kappillan ta’ San Gejtanu Dun Mattew Chircop, Lic. D,  bil-priedka ssir mill-kappillan tal-parrocca, Dun Guzepp Mifsud Bonnici.  Ghal din l-okkazjoni kien ha sehem ukoll il-kor tal-Hamrun immexxi minn Dun Guzepp Cachia.  Imbaghad wara l-quddiesa ta’ filghaxija harget il-purcissjoni bl-istatwa tal-Immakulata Kuncizzjoni.

 

Ghal din l-ewwel festa kienet saret mixghela generali fit-toroq tal-parrocca.  Xi toroq intramaw ukoll bil-pavaljuni u liedna tal-karti. Fost l-attivitajiet ta’ barra kienet saret sfilata fit-toroq mill-iscouts tal-Hamrun u anki daqqew il-baned Hamrunizi.  Lejlet il-festa filghaxija sar programm u wara marc mill-banda San Gejtanu.  Dan il-marc ghadda minn diversi toroq fosthom Triq il-Kappillan Mifsud, Vincenzo Bugeja, il-Lunzjata u Victoria Avenue.  Aktar tard kien sar ukoll il-loghob tan-nar tal-art fi Triq Lord Lloyd. 

 

Nhar jum il-festa filghodu l-banda San Guzepp tal-Hamrun ghamlet marc brijjuz li beda minn hdejn il-knisja. Filghaxija l-istess banda akkumpanjat lill-istatwa matul il-purcissjoni.  Huwa interessanti li wiehed jghid illi l-purcissjoni harget ghall-habta tal-hamsa u kwart ta’ filghaxija.  It-toroq li minnhom ghaddiet il-purcissjoni kienu Lord Lloyd, Vitale, Montgomery, id-Duluri, il-Fatati, il-Liceo, Monsinjur de Piro u Kappillan Mifsud.

 

Izda ma nistghux nghidu li matul din l-ewwel festa kollox mar kif kien mixtieq.  Dan ghall-fatt illi numru t’attivitajiet kellhom jigu mhassra minhabba l-maltemp qawwi li ghamel matul dik il-gimgha.  Bla ebda dubju l-aghar li mar kien il-ftit armar ta’ barra li kien hemm u li sfortunatament garrab hafna hsarat. 

 

Is-sena ta’ wara, fl-1969 il-festa regghet saret ghal darba ohra fl-ewwel gimgha ta' Dicembru u ghal darb' ohra hafna mill-attivitajiet ta' barra regghu thassru.

 

 

 

                        IR-REFERENDUM TAL-FESTA

 

Kienet kwazi haga certa li jekk il-festa kienet se tibqa` ssir fix-xitwa, ta’ kull sena hafna mill-attivitajiet ta’ barra kienu se jispiccaw sabiex jithassru u l-armar ma jintramax.  Ghalhekk kien gie msejjah referendum fost il-parruccani adulti sabiex flimkien jiehdu decizjoni jekk il-festa kellhiex tibqa` ssir fix-xitwa jew inkella tibdix issir fis-sajf.  Fost dawk li rrispondew kien hemm 807 li xtaqu li l-festa tibda ssir fis-sajf u 61 li riedu li l-festa tibqa` ssir fix-xitwa.  B’hekk sar dak li xtaqet il-maggoranza tal-parruccani u ghalhekk minn hawnhekk il-quddiem il-festa bdiet issir fis-sajf.  Ta’ min jghid illi l-festa tal-1970 ma saritx u minflok saret fis-sajf ta’ wara, ezattament fl-ewwel gimgha ta’ Lulju, kif ghadha ssir sal-lum.  Minn hawnhekk il-quddiem il-festa hadet dehra ohra, bl-attivitajiet jibdew isiru minghajr problemi u l-partecipazzjoni tal-poplu tal-parrocca beda jizdied gmielu. 

 

 

PROGRAMM FESTI TA' GEWWA

Il-Gimgha, 6 ta' Dicembru 1968, L-Ahhar Jum tat-Tridu.

Ghand Gesu` permezz ta' Marija.

Intenzjoni: Biex id-devozzjoni ta' Marija twasslna ghand Gesu`.

0900:

Adorazzjoni.

1200:

Quddiesa.

1600:

Terga tiftah l-Adorazzjoni.

1730:

Celebrazzjoni tal-Kelma t’Alla, “Il-Hajja taghna Ewkaristika f’Ghaqda ma’ Marija.”

1830:

Quddiesa bl-Omelija mill-W.R. Patri Vincenz Portelli O.P. Kappillan ta’ Gwardamangia.

Is-Sibt, 7 ta' Dicembru 1968, Lejlet il-Festa.

0830:

Quddiesa ghall-Morda tal-Parrocca.

1730:

Translazzjoni Solenni u Ghasar Kantat.

1830:

Quddiesa.

Il-Hadd, 8 ta' Dicembru 1968, Jum il-Festa.

0530:

Quddiesa Parrokkjali mill-Kappillan.

0630:

Quddiesa mill-W.R. Patri Gwardjan tal-Patrijiet Frangiskani, Daniel Azzopardi O.F.M.

0730:

Quddiesa.

0830:

Quddiesa Kantata Solenni mill-Kappillan tal-Parrocca ta’ San Gejtanu, W.R. Dun Mattew Chircop Lic.D.  Jippriedka il-Kappillan tal-Parrocca.  Ikanta il-Kor tal-Hamrun taht id-direzzjoni ta’ Dun Guzepp Cachia.

1030:

Quddiesa.

1130:

Quddiesa.

1630:

Quddiesa.

1715:

Tohrog il-Purcissjoni.

 

PROGRAMM FESTI ESTERNI

 

Dan il-programm ta' celebrazzjonijiet qed jigi riprodott ezattament kif kien gie

ippublikat fuq il-fuljett parrokkjali "Lehen il-Parrocca" li kien hareg

fl-okkazjoni tal-ewwel festa titulari tal-parrocca.

 

 

Il-Gimgha, 6 ta’ Dicembru, L-Ahhar Jum ta' Tridu.

Mixghela generali fit-toroq kollha tal-Parrocca.

 

1915:

Sfilata mill-Boy Scouts fit-toroq.

 

Is-Sibt, 7 ta’ Dicembru, Lejlet il-Festa.

Mixghela generali fit-toroq kollha tal-Parrocca.

 

1915:

Programm mill-banda San Gejtanu f' Lord Lloyd Street. Wara jkun hemm marc mill-istess banda li jghaddi minn P.P. Mifsud, Vincenzo Bugeja, Annunciation, Victoria Avenue u jerga' jispicca hdejn il-knisja.

2200:

Loghob tan-nar f'Lord Lloyd Street hdejn il-knisja.

 

Il-Hadd 8 ta’ Dicembru, Jum il-Festa.

Mixghela generali fit-toroq kollha tal-Parrocca.

 

1015:

Marc mill-banda San Guzepp, li jitlaq minn hdejn il-knisja u jghaddi minn Lord Lloyd, Vitale, Our Lady of Sorrows, Montgomery, Lord Lloyd, Ghosts, Lyceum, P.P. Valletta, P.P. Mifsud ghal hdejn il-knisja.

1600:

Marc mill-istess banda li jitlaq mit-tarf ta’ P.P. Mifsud, Mons. De Piro, Lord Byron, Adelaide Cini, Canon Bonnici, P.P. Mifsud.  Daqq ta’ l-Innu waqt il-hrug tal-vara.

1715:

Hrug tal-purcissjoni li tghaddi minn Lord Lloyd, Vitale, Montgomery, Our Lady of Sorrows, Ghosts, Lyceum, Mons. De Piro u P.P. Mifsud.

Nota: Xi toroq illum ma ghadhomx igibu l-isem li kellhom fl-1968.  Hawnhekk hawn it-toroq li nbidillhom isimhom:  Lord Lloyd giet Manwel Magri, Victoria Avenue saret Guze' Pace filwaqt li Montgomery saret Indri Cilia.

 

 

L-GHAXAR SNIN TAL-PARROCCA

 

1968 - 1978

 

 

Dan il-programm kien sar bejn Dicembru tal-1977 u Jannar tal-1978

sabiex jigu mfakkra l-ewwel ghaxar snin tal-parrocca.

 

“B’Radd il-hajr ‘l Alla” kien il-motto tal-programm t’attivitajiet li fakkar lil dan l-ghaxar snin anniversarju, ghaxar snin ta’ hajja u hidma.  Dan il-motto kien intghazel mill-kunsill parrokkjali flimkien mal-komunita` tal-parrocca.  Dawn l-ghaxar snin kienu iddominati minn hafna xoghol relatat mal-bini u t-tkomplija tac-centru parrokkjali, tad-dar tal-kappillan u anki tal-knisja parrokkjali. 

 

Kienu ghaxar snin fejn fihom il-kunsill parrokkjali hadem bla heda u ghalhekk kien xieraq illi f’mument storiku bhal dan sar programm ta’ celebrazzjonijiet sabiex jitfakkar dak kollu li kien sar tul dawn is-snin.  Il-kunsill parrokkjali kien gie mwaqqaf nhar it-23 ta’ Jannar tal-1968 u minn dak iz-zmien ’il quddiem il-membri fi hdanu hadmu bla heda sabiex raw lill-parrocca tibni u ssahhah il-pedamenti taghha fuq dawk tal-Immakulata Kuncizzjoni. 

 

Matul l-ewwel ghaxar snin kienu saru diversi attivitajiet u xogholijiet  li ma jintesew qatt, fosthom it-twaqqif ta’ numru ta’ kummissjonijiet, il-pubblikazzjoni tal-fuljett parrokkjali “Lehen il-Parrocca”, il-wasla ta’ statwa titulari gdida tal-Immakulata Kuncizzjoni, ir-referendum dwar il-festa, inbnew id-dar u c-centru parrokkjali, saret il-Gimgha tad-Dutrina, il-Missjoni Parrokkjali, il-Gimgha Bibblika, ic-Cenaklu Haj, iz-zjara ta’ l-E.T. Monsinjur Arcisqof Emeritus Michael Gonzi, u hafna ohrajn. Kienu ghaxar snin ta’ hidma kontinwa, fejn sar hafna xoghol utli b’risq il-komunita` parrokkjali.

 

Ghalhekk sa minn xhur qabel kienu saru hafna thejjijiet sabiex dan l-anniversarju jigi mfakkar kif jixraq.  L-attivitajiet bdew billi nhar l-ahhar tas-sena fejn fis-sebgha u kwart ta’ filghaxija, fethet l-adorazzjoni ta’ radd il-hajr.  Aktar tard filghaxija saret fjakkolata fuq il-bjut tal-parrocca bil-hsieb “Dawl gdid ghall-Parrocca gdida."  Imbaghad f’nofs il-lejl nhar l-ewwel tas-sena saret quddiesa mill-kappillan Dun Guzepp Mifsud Bonnici u wara nqasam kejk kbir.

 

Filghodu ghall-habta tad-disgha u kwart bdiet iz-zjara tal-E.T. Monsinjur Arcisqof Emeritus Mikiel Gonzi.  Hu nghata merhba kbira mill-gemgha migbura hdejn ic-centru parrokkjali u hawnhekk bhala parti mic-celebrazzjonijiet, l-Arcisqof Emeritus kixef u bierek statwa tal-Madonna tal-gebel li kienet giet migbura mic-Centru Socjali tal-Irgiel.  Din l-istatwa tal-gebel kienet inhadmet mill-iskultur Ghawdxi, il-Kavallier Camillieri Cauchi.  Fuq irhama kommemorattiva mwahhla f’riglejn l-istatwa tal-Madonna kienu minquxa dawn il-kelmiet:

 

FL-OKKAZJONI TAL-GHAXAR ANNIVERSARJU TAT-TWAQQIF  

TAL-PARROCCA IMMAKULATA KUNCIZZJONI

IC-CENTRU SOCJALI TAL-IRGIEL

JIDDEDIKA DAN IL-MONUMENT

B’RISPETT U QIMA

 

Waqt ic-cerimonja l-Arcisqof inghata album tar-ritratti tifkira tal-hidma tieghu bhala benefattur tal-parrocca.  Wara giet iccelebrata  quddiesa koncelebrata bis-sehem tal-kor tal-Hamrun.

 

Matul dik il-Gimgha saru diversi attivitajiet ohra fosthom quddiesa u riceviment ghat-tfal.  Saru wkoll quddiesa u riceviment ghall-familji.  Imbaghad nhar it-8 ta’ Jannar kien sar vjatku solenni u quddiesa ghall-morda.

 

Nhar l-10 ta’ Jannar saret quddiesa b’suffragju ghall-benefatturi mejtin specjamlent ta’ Dun Edgar Vella u Pawlu Burlo`.  Imbaghad wara l-quddiesa kien sar il-kxif ta' lapida b’tifkira ta’ Dun Edgar Vella.  Ta’ min jghid ukoll illi matul dik il-gimgha ta’ kuljum filghaxija kienet issir quddiesa koncelebrata. 

 

Attivita` ohra kienet l-Akkademja Muziko-Letterarja.  Din kienet saret fil-knisja parrokkjali nhar it-12 ta’ Jannar u kien ha sehem il-kor ta’ Kullegg Savio  flimkien mal-kor tal-Hamrun.

 

Attivita` ohra kienet serata specjali li saret nhar il-15 ta’ Jannar fis-sala parrokkjali, fejn kien gie mtella` programm varjat ta’ sketches, kant, magija, zfin u daqq.  Fis-6 ta’ Jannar fis-sala parrokkjali kienet giet inawgurata esebizzjoni dwar l-ewwel ghaxar snin tal-parrocca. 

 

Ic-celebrazzjonijiet liturgici kienu gew fi tmiemhom, nhar it-13 ta’ Jannar b’quddiesa koncelebrata mill-Arcisqof Guzeppi Mercieca.  Ghal din l-okkazjoni kienu gew mistiedna s-sacerdoti kollha li offrew il-hidma taghhom fil-parrocca tul is-snin.

 

Ghal dan l-anniversarju kien gie ippubblikat ktejjeb bl-isem "Parrocca Immakulata Kuncizzjoni Hamrun, Tifkira tal-Ghaxar Anniversarju, 1968-1978."  Il-ktejjeb kien gie miktub mis-Sur Carmelo Desira u kien jinkludi gabra ta' rakkonti dwar il-hajja u l-hidma tal-parrocca sa minn zmien l-oratorju.

 

IL-FESTA TAL-1978

 

Din il-festa kienet kemmxejn specjali minhabba il-fatt illi matul dik is-sena kien qed jigi mfakkar l-ghaxar anniversarju tal-parrocca.  Ghalkemm parrocca zaghzugha fiz-zmien il-gid li kien hareg f’dawk is-snin kien tabilhaq kbir u b’hekk tkompla dak li kienu bdew Pawlu Burlo` u Dun Edgar Vella Anastasi snin qabel.

 

 Il-festa bdiet nhar il-Hamis 22 ta’ Gunju bil-hrug tal-vara minn nicca u wara b’quddiesa koncelebrata mill-kappillan Dun Guzepp Mifsud Bonnici.  Dakinhar kienet saret ukoll prezentazzjoni tal-bukketti tal-fjuri mill-kategoriji diversi tal-parrocca lill-istatwa titulari, sabiex imbaghad wara sar it-tberik tal-armar il-gdid li kien se jigi mzanzan matul il-festa. 

 

Il-Gimgha 23 ta' Gunju kien gie iccelebrat Jum is-Sacerdoti b’quddiesa bis-sehem tal-kleru flimkien mat-tfal u l-genituri taghhom. 

 

Il-Hadd 25 ta' Gunju kien sar il-vjatku solenni ghall-morda u l-anzjani li ma johorgux mid-djar taghhom.  Matul il-quddies kollu ta’ dak il-jum kienet saret omelija bil-hsieb “It-Tifsira Nisranija tal-Festa”.

 

It-Tnejn 26 ta’ Gunju kien giet iccelebrat Jum it-Tfal u z-Zghazagh billi t-tfal li kienu ghamlu l-ewwel tqarbina kienu libsu mill-gdid il-libsa tal-precett.  Saret ukoll tislima miz-zghazagh fuq il-hsieb “Marija Tama tal-Gejjieni”.

 

It-Tlieta 27 ta' Gunju saret carcade mat-toroq u wara t-tberik tal-karrozzi u muturi.  Ghal din l-attivita`kien inqara messagg tal-Papa lil dawk kollha li jsuqu.  Il-hsieb tal-gurnata kien “Marija Hajja tal-Parrocca Taghna”.

 

L-Erbgha 28 ta’ Gunju giet iccelebrata quddiesa bis-sehem tal-Kunsill Parrokkjali, sabiex imbaghad l-ghada l-Hamis 29 ta’ Gunju tfakkar Jum il-Familja bil-motto jkun “Marija Patruna tal-Familji Maltin”.  Dakinhar kienet saret il-prezentazzjoni tat-trabi tal-parrocca u li kienu twieldu mill-ahhar festa.

 

Il-Gimgha 3o ta' Gunju matul il-quddies kollu kien inqara messagg ta’ rikonciljazzjoni bil-hsieb “Sejha ghall-Imhabba, Jum ta’ Konverzjoni u Tigdid”.  Imbaghad aktar tard filghaxija kien sar marc mill-banda San Guzepp tal-Hamrun mat-toroq tal-parrocca. Aktar tard imbaghad saret il-prezentazzjoni tal-fjuri mir-rapprezentanti tat-toroq kollha tal-parrocca lill-istatwa tal-Madonna ta' hdejn il-knisja u li kienet inawgurata fl-ewwel ta' Jannar fl-okkazjoni tal-istess anniversarju.

 

Is-Sibt 1 ta’ Lulju, lejlet il-festa fis-sitta ta’ filghaxija kien hemm Translazzjoni Solenni tar-relikwija u wara quddiesa koncelebrata.  Filghaxija sar marc mill-banda San Gejtanu tal-Hamrun u wara kien hemm il-loghob tan-nar tal-art f’tarf Triq il-Kappillan Mifsud.

 

Il-Hadd 2 ta’ Lulju, jum il-festa beda b’quddiesa koncelebrata sabiex wara sar marc brijuz mat-toroq tal-parrocca mill-banda San Guzepp tal-Hamrun.  Filghaxija mbaghad harget il-purcissjoni bl-istatwa titulari u bis-sehem tal-banda San Guzepp ta’ Hal Ghaxaq.  Matul il-purcissjoni kienu nharqu kaxxi infernali tal-bomba, tal-kulur u musketterija.  Din il-festa gabet fi tmiemhom l-attivitajiet li kienu saru ghall-okkazjoni tal-ghaxar snin tal-parrocca, anniversarju li ghadu haj sal-lum f'mohh dawk kollha li ghexu dan il-mument hekk storiku tal-hajja tal-parrocca taghna.