
L-GHAQDA MUZIKALI IMMAKULATA KUNCIZZJONI

L-Ghaqda Muzikali Immakulata Kuncizzjoni hija socjeta` zaghzugha u hija t-tielet banda Hamruniza. Ghalkemm zghira kemm fl-eta` kif ukoll fil-popolarita`, l-istorja ta' din il-banda hija verament wahda tabilhaq interessanti.
Kien fl-1978 meta Toni Borg gieh l-hsieb li jifforma banda u ghalhekk hu avvicina lil xi hbieb midhla tal-baned, sabiex flimkien jibnu fuq
Kien is-surmast Alfons Maria Vella li ha l-inkarigu tal-banda u 
L-ewwel laqgha tal-kumitat saret fil-Victoria United Football Club fi Triq Barth il-Hamrun nhar it-22 t’Awwissu 1979. Matul din il-laqgha kien gie deciz illi l-isem ufficjali tas-socjeta' kelli jkun " Ghaqda Muzikali Immakulata Kuncizzjoni" u l-istandard, li kellu jkun ta’ lewn abjad bin-Nome di Maria fin-nofs u bi frenza kulur id-deheb mad-dawra.
Wara xi laqghat ohra fosthom anki mal-kappillan tal-parrocca, Dun Manwel Agius, l-kumitat kien iddecieda illi l-gurnata ufficjali tat-twaqqif tas-socjeta' kellha tkun id-29 t’Awwissu tal-1979.
Fix-xhur ta’ wara l-kumitat kera garaxx fi Triq Kanonku Bonnici u aktar tard post iehor fi Triq Guze` Pace. Wara ftit zmien l-ghaqda regghet marret fil-Victoria United Football Club.
Fl-1981 l-ghaqda xtrat post fi Triq Villambrosa u hemmhekk damet sentejn, sabiex imbaghad inxtara post iehor aktar centrali, fi Triq il-Kappillan Mifsud.
Fl-1993, waqt Laqgha Generali Annwali nbidel il-kulur tas-socjeta`,
Fl-1996 twaqqfet il-Kummissjoni Partitarji fi hdan il-kumitat tas-socjeta`. L-iskop ewlieni wara t-twaqqif kien illi l-membri tal-kummissjoni jorganizzaw kull xorta ta' briju u armar ghal mal-marcijiet tal-festa. Il-kummissjoni hadet ukoll l-inkarigu li zzejjen il-faccata tal-kazin bl-ahjar mod possibbli.
Fl-1 t’Awwissu 2002 l-ghaqda regghet imxiet din id-darba ghal post aktar centrali fi Pjazza Kappillan
Il-kazin
fosthom it-twaqqiegh u l-bini mill-gdid tal-parti ta' wara tal-kazin, il-bini ta' sala mdaqqsa u kamra ghall-kumitat fis-sular ta' fuq, flimkien ma kamra fuq il-bejt. Din kienet l-ewwel fazi tal-progett tat-tisbieh tal-kazin tas-socjeta`. Fl-okkazjoni tal-25 sena anniversarju kienu saru diversi attivitajiet, wahda minnhom issir nhar il-25 ta' Gunju billi dakinhar kien sar it-tberik ta' bandiera gdida ghall-arblu tal-kazin. Imbaghad fid-29 t'Awwissu giet iccelebrata quddiesa ta' radd il-hajr, sabiex wara sar il-ftuh ufficjali tal-kazin. Nhar is-6 t'Ottubru kien sar marc mill-banda San Gejtanu tal-Hamrun u l-ghada, 7 t'Ottubru sar marc iehor mill-banda San Guzepp tal-Hamrun. Dan l-anniversarju gie fi tmiemu b'pellegrinagg bl-istatwa tal-Kuncizzjoni, nhar is-7 ta' Dicembru 2009. L-istatwa kienet akkumpanjata mill-Ghaqda Muzikali Immakulata Kuncizzjoni.
Ftit taz-zmien wara l-kumitat nieda t-tieni fazi tal-progett tal-kazin. Dan inbeda ftit xhur qabel il-festa tal-2007. Fost l-affarijiet li saru kien hemm il-bdil tas-sistema tal-elettriku u tal-ilma. Sar ukoll il-kisi, it-tikhil u t-tibjid tal-lokal, kif ukoll inbidlet is-sistema sanitarja. B'dan kollu ma kienx ifisser illi l-progett kien lest ghaliex kien ghad fadal hafna x'isir.
Ghall-festa tal-2008 il-kumitat tal-banda flimkien mal-Kummissjoni Zghazagh haseb sabiex jibda l-progett tat-tizjin tal-faccata tal-kazin ghal matul il-granet tal-festa tal-parrocca. Matul dik is-sena sar dawl, sabiex imbaghad sena wara dan il-progett kien inawgurat bil-kxif tal-faccata lesta bid-drapp dekorattiv, waqt cerimonja mill-isbah nhar it-2 ta' Lulju 2009. B'hekk il-faccata giet imzejna kif jixraq ghall-granet tal-festa taghna.
Matul is-snin minn kemm ilha mwaqqfa l-ghaqda kienu diversi l-lokalitajiet fejn il-banda tat is-servizz taghha. Fost dawn insibu l-Bidnija, Had Dingli, Santa Venera u Marsaxlokk. Hadet sehem ukoll fl-okkazzjoni taz-zjara tal-Papa Gwanni Pawlu II,
matul il-loghob tal-Pajjizi z-Zghar, waqt ic-celebrazzjoni tar-rebh tal-kampjonat mill-Hamrun Spartans u anki ghal diversi drabi f'Jum il-Hamrun. Programmi ohra saru matul il-karnival, fil-ftuh tas-Serenity Ward fl-isptar San Vincenz de Paule u anki matul iz-zewg centinarji tal-kazini ta’ San Guzepp u San Gejtanu tal-Hamrun.
Naturalment ta’ kull sena ma tonqosx il-partecipazzjoni tal-banda matul il-festa tal-parrocca, b’numru ta’ marcijiet matul
Matul l-2009 nbdiet it-tielet fazi tat-tisbieh tal-kazin. Ix-xoghol kien jinkludi fost l-ohrajn t-tqieghid tas-suffetti tas-sala ta' fuq u t-twahhil ta' numru ta' linef dekorattivi ma` l-istess saqaf. Saret ukoll gallerija tal-injam gdida fuq il-faccata. Issa ghad jonqos biss li ssir sistema ta' dawl moderna ghas-soqfa l-ohra u l-kisi tat-turgien bl-irham u l-puggamani. Se jigi wkoll irrangat il-bar. Barra minnhekk se jsiru purtieri godda ghall-kamra tal-kumitat u s-sala ta' fuq u kwadri godda. Imbaghad ikun jonqos ir-ri-organizazzjoni tal-inventarju tal-muzika kollu, l-konservazzjoni tal-istrumenti tal-muzika u tad-dokumenti ufficjali antiki u fl-ahhar nett ir-restawr tal-istandardi tal-banda.
Fl-2009 gie ccelebrat bil-kbir it-30 anniversarju tat-twaqqif tas-socjeta`. Nhar id-19 ta' Gunju saret l-inawgurazzjoni tas-sala mill-ex-kappillan Dun Guzepp Mifsud
Bonnici u t-tberik ta' lapida kommemorattiva mill-kappillan tal-parrocca Dun Salv Borg. Imbaghad nhar it-2 ta' Lulju sar kuncert vokali u strumentali quddiem il-kazin u anki filmat storiku dwar it-30 sena tal-banda. Wara saret l-inawgurazzjoni tal-faccata tal-kazin imzejna bi drapp dekorattiv.
Barra minn hekk saru zewg esebizzjonijiet fosthom wahda b'numru sabih ta' standardi ta' diversi kazini tal-baned. Din l-esebizzjoni kienet inawgurata nhar it-28 t'Awwissu mis-Segretarju Parlamentari Mario De Marco, u damet miftuha sal-Hadd 30 t'Awwissu. Is-Sibt 29 t'Awwissu thawwlu zewg sigriet kommemorattivi, wahda fi Gnien Turu Lentini sabiex tfakkar lil mibki Frans Bezzina, ex-kaxxier tas-socjeta` u ohra fi Pjazza Kappillan Muscat sabiex tikkommemora t-30 anniversarju. Imbaghad dakinhar fis-6.30 pm giet iccelebrata quddiesa ta' ringrazzjament ghal dak kollu li sehh minn hemm ilha mwaqqfa l-Ghaqda Muzikali Immakulata Kuncizzjoni. Sar ukoll statut ghall-membri kollha tal-Ghaqda Muzikali Immakulata Kuncizzjoni.
L-ahhar attivita` organizzata mill-Ghaqda Muzikali Immakulata Kuncizzjoni ghas-sena 2009 saret nhar it-18 ta' Dicembru u kienet attivita` socjali bl-isem 'Il-Lejl tal-Milied' Din kienet organizzata fi Pjazza Kappillan Muscat u kienet tinkludi kuncert mill-brass band tal-banda, parata mill-1st. Hamrun Scouts, kant ta' carols, purcissjoni bil-Bambin, pagaent tal-Milied u presepju haj.