. FESTA KUNCIZZJONI HAMRUN

TAGHRIF STORIKU U KONTEMPORANJU DWAR IL-FESTA TAL-IMMAKULATA KUNCIZZJONI, IL-PARROCCA U L-HAMRUN

 

L-ISTORJA TAL-PARROCCA

 

 

·       Fl-1920 Pawlu Burlo` beda jlaqqa` lit-tfal tal-inhawi  gewwa d-dar tieghu fi Triq Vitale l-Hamrun sabiex flimkien jghidu r-Ruzarju.  Imbaghad fl-ahhar ta' Mejju hu ghamlilhom festin zghir.  

 

·       Fl-ahhar gimgha ta’ Mejju tal-1923 saret festa pubblika u minn hawnhekk il-post beda jissejjah l-Oratorju tal-Immakulata Kuncizzjoni.

 

·       Fl-1924 Pawlu Burlo` beda jigbor minghand in-nies tal-inhawi sabiex jaghmel statwa tal-Kuncizzjoni.  Din l-istatwa li nhadmet mill-istatwarju Karmenu Galea tal-Hamrun baqghet tintuza sa l-1967.

 

·       Fl-1935, Pawlu Burlo` kera terran fi Triq id-Duluri l-Hamrun sabiex jaghmel kappella akbar milli kellu qabel. 

 

·       Fis-sena 1945 fl-inhawi tal-oratorju kienu saru festi kbar sabiex jitfakkar il-hamsa u ghoxrin sena mit-twaqqif tieghu.

 

·         ·  Fl-24 t’April 1957 ir-rettur tal-oratorju Dun Edgar Vella Anastasi xtara bicca art sabiex fuqha tinbena knisja akbar. Il-pjanti tal-knisja kienu saru mill-perit Karmenu Cumbo.

 

·         ·  Fit-23 ta’ Marzu 1958 tpoggiet l-ewwel gebla tal-knisja parrokkjali.  It-tberik sar mill-E.T l-Isqof Emmanuel Galea.  Matul l-istess sena tlestiet is-sala ta’ taht il-Knisja u ghalhekk il-quddies beda jsir hemmhekk. Din gabet fi tmiemha l-attivita` ta’ l-oratorju.

 

      ·  Fl-20 ta’ Novembru 1962 miet il-habrieki sacerdot Dun Edgar Vella wara marda qasira.  Hi hassra li wara tant hidma hu lanqas biss ra lil dan il-progett jintemm.

 

     ·    Fil-bidu t’Awissu tal-1963 il-bini tal-knisja kien lest, sabiex fis-16 tal-istess xahar giet imbierka mill-E.T. l-Isqof Emmanuel Galea.

 

    ·    Fl-1 ta’ Lulju ta' l-1966 il-knisja tal-Kuncizzjoni saret vici-parrocca, wara digriet mahrug minn Monsinjur Arcisqof  Mikiel Gonzi.

 

     ·    Fl-1 ta’ Jannar tal-1968 twaqqfet il-parrocca taht it-titolu tal-Immakulata Kuncizzjoni tal-Vergni Marija, b’digriet mahrug mill-Arcisqof  Mikiel Gonzi.  Fil-11 ta’ Frar 1968 Dun Guzepp Mifsud Bonnici ha l-pussess tieghu bhala l-ewwel kappillan ta' din il-parrocca.

 

     ·    Nhar l-10 ta’ Frar tal-1968, ingiebet statwa titulari gdida mahduma fi Spanja u migjuba Malta mis-Sur Mattocks.  Matul l-istess sena sar l-innu tal-Immakulata Kuncizzjoni, kliem ta’ Dun Frans Camilleri u muzika tas-surmast Abela Scolaro. 

 

    · Nhar it-8 ta’ Dicembru tal-1968 saret l-ewwel festa titulari.  Mill-1971 il-festa bdiet issir fl-ewwel Hadd ta’ Lulju u dan wara referendum li kien sar fost il-parruccani. 

 

     ·   F’Dicembru tal-1970 tlesta l-bini tal-koppla u tpoggiet l-ewwel gebla tad-dar parrokkjali.  Matul dik is-sena giet ukoll imwaqqfa l-Kummissjoni Festa.

  

·          ·  Fit-23 t'April tal-1976 gie fostna l-Monsinjur Valerio Vigorelli tal-iskola Beato Angelico ta’ Milan sabiex jaghti bidu ghall-progett tat-tisbih tal-knisja parrokkjali.  Dan il-progett  inbeda sena wara, ezattament f’Lulju tal-1977 u tlesta ghall-festa tal-1979. 

  

·         ·  Fit-18 ta’ Frar tal-1979 Dun Manwel Agius inhatar bhala t-tieni kappillan tal-parrocca.

 

       ·   Fl-1979 twaqqfet l-Ghaqda Muzikali Immakulata Kuncizzjoni, minn Toni Borg.   L-ewwel surmast ta' din il-banda kien Alfons Maria Vella.

  

   ·    Fit-28 ta’ Lulju tal-1982 twaqqaf il-Grupp Armar Festa minn Joe Pace, flimkien ma' tmin dilettanti ohra.

 

   ·    F’Awissu tal-1982 tnieda l-progett tal-presbiterju fuq disinn ta’ Monsinjur Valerio Vigorelli.  Ix-xoghol kien sar mid-ditta Spiteri Sacco.  Il-progett kien komplut f’Dicembru tal-istess sena. 

 

   ·    Fil-25 ta' Gunju 1983 gie inawgurat it-titular li jirraprezenta lill-Marija Immakulata, flimkien ma' seba` simboli Marjani, xoghol fil-muzajk mid-ditta T. Sarti tal-Italja.  F'Dicembru tal-istess sena kien inawgurat ukoll tabernaklu gdid, disinn ta’ Ganni Bonnici u mahdum mid-ditta Cutajar Works tal-Hamrun.

 

    ·    Fit-30 ta' Novembru tal-1985 giet irregalata l-istatwa titulari tal-Kuncizzjoni mill-Arcikonfraternita’ tal-Kuncizzjoni tal-Belt Valletta.

 

     ·   F’Jannar tal-1987 inbeda x-xoghol tal-paviment tal-knisja bil-granit.  Dan tlesta f’April 1987 bix-xoghol isir mill-kumpanija Mqabba Marbles.

  

          ·  Fl-1988 tfakkar l-ghoxrin anniversarju tal-parrocca.  Bhala tifkira fl-1 ta' Jannar ta' dik is-sena kienet tpoggiet statwa tal-Madonna xoghol l-iskultur Gorg Atkins.  Din l-istatwa tmexxiet fuq karru mill-knisja tal-patrijiet Frangiskani sal-knisja taghna fejn imbaghad giet imtellgha minn krejn sabiex tpoggiet fuq il-faccata tal-knisja.  Dakinhar kienet ukoll inawgurata l-ewwel bandiera li ggib l-arma tal-parrocca.

 

    ·    Fit-28 ta’ Mejju tal-1988 il-Knisja u l-altar gew ikkonsagrati minn Monsinjur Arcisqof Guzeppi Mercieca.  Kienet lejla mill-isbah bil-knisja mahnuqa bin-nies li gew sabiex ikunu prezenti ghal dan il-jum hekk uniku u storiku fl-istorja tal-parrocca taghna.

 

    ·    Fl-1988 saret l-induratura tal-istatwa titulari. Sarilha ukoll pedestal gdid.  L-istatwa waslet fostna b'purcissjoni mill-knisja tal-Patrijiet Frangiskani sal-knisja parrokkjali.  L-istatwa kienet akkumpanjata mill-banda Immakulata Kuncizzjoni u n-nies prezenti.

 

    ·    Fi Frar tal-1991 fil-knisja giet imzanzna Via Sagra gdida, xoghol tal-artist Ganni Bonnici.

  

·         ·  Matul l-1993 tfakkret il-hamsa u ghoxrin sena mit-twaqqif tal-parrocca. Bhala tifkira sar sett t'erba' qniepen, mahdum mid-ditta Achille Mazzola tal-Italja.  Dan is-sett kien imbierek waqt quddiesa li saret mill-kappillan Dun Manwel Agius quddiem il-knisja, sabiex imbaghad fil-granet ta' wara dan is-sett tpogga fil-kampnar.

 

         ·  Ghall-festa tal-1994 tlestiet minn kollox  il-bradella l-gdida u li fuqha tpoggiet l-istatwa titulari.  Din kienet mahduma bl-injam tal-gewz Afrikan mid-ditta Mangion tal-Hamrun.

 

          ·  F’Lulju tal-1995 fil-parrocca twaqqfet l-Ghaqda Dilettanti tan-Nar minn Ivan Bugeja, Alan Cutajar u Oliver Agius flimkien ma' numru ta' membri ohra dilettanti tan-nar.  Minn hawnhekk zdied il-loghob tan-nar tal-ajru.

 

    ·    Fl-1996 gie inawgurat il-mahzen tal-armar il-gdid, post verament utli u li fih tpogga l-armar ta' barra kollu li jintrama fit-toroq matul il-festa.  Il-mahzen jinsab fi Triq Qrejten, ftit metri l-boghod mill-knisja parrokkjali.

 

    ·    Dun Nazzarenu Caruana jsir it-tielet kappillan tal-parrocca.  Hu ha l-pussess tieghu nhar l-10 ta’ Dicembru tas-sena 2000 waqt funzjoni gewwa l-knisja parrokkjali.  Wara sar festin ad unur dan l-istess kappillan fis-sala parrokkjali.

 

     ·    F’Novembru 2001 inghata bidu ghal progett tal-antiporta tal-knisja.  Din l-antiporta nhadmet mill-injam tal-eroko, bl-iskop li l-knisja tigi ssigillata mill-istorbju ta' barra.

 

     ·  Matul l-2004 il-Parrocca iccelebrat il-150 sena mid-Domma tal-Immakulata Kuncizzjoni.  Nhar is-7 ta’ Dicembru sar pellegrinagg fit-toroq bl-istatwa tal-Immakulata Kuncizzjoni. L-ghada, Dun Salv Borg ha l-pussess tieghu u sar ir-raba` kappillan fl-istorja ta' din il-parrocca.

    

            · F’Lulju tal-2006 saret rampa biswit il-bieb tal-knisja sabiex tiffacilita d-dhul tal-anzjani u l-morda fil-knisja.

 

    · Fl-2007 inbeda x-xoghol relatat mal-Kappella tal-Adorazzjoni.  Wara xhur ta' hidma kontinwa l-kappella  giet inawgurata nhar it-2 ta' Lulju 2008.  Ix-xoghol kien jinkludi l-bini tal-kappella, ix-xoghol tal-gibs, tal-irham, tad-dawl u tal-arja kondizzjonata.  Imbaghad aktar tard matul is-sena sar it-tberik tal-istess kappella mill-Arcisqof Monsijur Pawlu Cremona waqt iz-zjara pastorali tieghu fil-parrocca taghna.

 

     · Fl-okkazjoni tal-40 sena parrocca saru diversi celebrazzjonijiet kemm fil-knisja, kif ukoll barra sabiex ifakkru dan l-anniversarju.  Fosthom saru attivitajiet mhux tas-soltu matul il-gimgha tal-festa tal-parrocca.  Sar ukoll pellegrinagg bl-istatwa titulari, nhar is-7 ta' Dicembru 2008.  Dan beda mill-knisja tal-Patrijiet Frangiskani u spicca fil-knisja parrokkjali.  Hadet sehem il-Fratellanza tal-Madonna ta' Lourdes tal-Qrendi flimkien ma gemgha ferm numeruza mill-parrocca taghna.

 

    · Fl-2008 inghata bidu ghall-progett taz-zebgha tal-knisja minn gewwa u minn barra.  S'issa tlesta x-xoghol tal-hitan u tas-saqaf, u fix-xhur li gejjin mistenni li tinzebah il-koppla minn gewwa u minn barra.  Se ssir ukoll sistema ta' dawl gdida ghall-koppla.  Aktar tard mistenni wkoll li jinbeda x-xoghol tat-tisbieh tal-faccata tal-knisja u tac-centru parrokkjali.