PROGAMM TAL-FESTA 2016 

Is-Sibt 18 ta’ Ġunju:  Fit-8.00pm Lejla Maltija fi Pjazza Kappillan Muscat għall-familja kollha.

 

L-Ħamis 23 ta’ Ġunju: Fis-6.00pm rużarju mmeditat u wara quddiesa mill-kappillan Dun Mario Mifsud bis-sehem tal-għaqdiet li jaħdmu għall-festa tal-parroċċa. 

Fis-7.30pm ikunhemm il-carcade li jibda minn quddiem il-knisja u jkompli mat-toroq tal-parroċċa.

 

Il-Ġimgħa 24 ta’ Ġunju: Fis-6.00pm rużarju mmeditat u wara quddiesa minn Dun Charles Bugeja b’suffraġju tal-erwieħ ta’ ħutna mill-parroċċa li mietu mill-festa tas-sena l-oħra ‘l hawn

 

 Is-Sibt 25  ta’ Ġunju: Fis-5.45pm ‘Kantata Marjana’ mill-kor parrokkjali u wara ħruġ tal-istatwa titulari min-niċċa u quddiesa mill-kappillan Dun Mario Mifsud.  Jinħaraq salut, kaxxa infernali u logħob tan-nar ieħor.

Il-Ħadd 26 ta’ Ġunju: Fit-8.oopm fi Pjazza Kappillan Muscat ikunhemm barbecue għall-familja kollha.

 

It-Tnejn 27 ta’ Ġunju: Fis-6.00pm purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna bis-sehem tat-tfal u l-abbatini tal-parroċċa. Wara ssir ċelebrazzjoni għat-tfal minn Dun Walter Cauchi.    

Fit-8.00pm Riċeviment mill-Għaqda Dilettanti tan-Nar fi Pjazza Kappillan Muscat għall-persuni distinti, voluntiera u ħbieb. Tinħaraq kaxxa infernali tal-kulur.

 

It-Tlieta 28 ta' Ġunju: Fis-6.00pm rużarju mmeditat u wara quddiesa bis-sehem tan-nanniet tal-parroċċa minn Dun Vince Micallef.

Fit-8.00pm Pasta Night fi Pjazza Kappillan Muscat organizzata mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni.                     

 

L-Erbgħa 29 ta’Ġunju: Fis-6.00pm rużarju mmeditat u wara quddiesa bis-sehem tal-għaqdiet minn Patri Ugolin Scerri.

 

Il-Ħamis 30 ta’ Ġunju: Fis-6.00pm rużarju mmeditat u quddiesa minn Mons. Dun Ġużepp Mifsud Bonnici għall-anzjani u l-morda.

Fit-8.30pm Kunċert Vokali u Strumentali mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni fi Pjazza Kappillan Muscat. Wara ssir il-preżentazzjoni tal-fjuri lill-Madonna mir-rappreżentanti tat-toroq u l-għaqdiet u aktar tard għall-ħabta tal-10.30pm ikun hemm Brass Band li tkompli tanima s-serata.  Wara l-kunċert u wara l-Brass Band jinħarqu kaxxi infernali tal-kulur.

 

Il-Ġimġħa 1 ta’ Lulju: Fis-6.00pm rużarju mmeditat u wara quddiesa bis-sehem tal-familji tal-parroċċa minn Dun Hector Scerri.

Fit-8.00pm marċ mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni mat-toroq li jispiċċa fil-pjazza quddiem il-każin.  Fi tmiem il-marċ tinħaraq kaxxa infernali tal-kulur.

 

Is-Sibt 2 ta’ Lulju: Lejlet il-Festa. Fit-8.00am u f'12.00pm jinħaraq salut mill-Għaqda Dilettanti tan-Nar. Fit-8.15am ikunhemm il-kant ta’ Te Deum.  Fis-6.00pm translazzjoni solenni li tibda mill-Kappella tal-Madonna tas-Sokkors u tkompli sal-knisja.  Wara tkun iċċelebrata quddiesa bl-għasar minn Dun Andrew Borg.

Fit-8.30pm marċ mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni u wara  għall-ħabta tal-11.30pm fi Triq Manuel Magri jkunhemm l-logħob tan-nar tal-art.

 

Il-Ħadd 3 ta’ Lulju: Jum il-Festa. Fit-8.00am u f'12.00pm jinħaraq salut mill-Għaqda Dilettanti tan-Nar. Fit-8.30am quddiesa solenni tal-festa mmexxija minn Patri Joe Bajada bis-sehem tal-għaqdiet tal-parroċċa u l-poplu. 

Fl-10.30am marċ brijuż mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni mat-toroq ewlenin tal-parroċċa li jispiċċa fi Pjazza Kappillan Muscat b'kaxxa infernali. 

Fis-6.00pm quddiesa bl-għasar minn Dun Walter Cauchi u wara ħruġ tal-purċissjoni bis-sehem tal-banda Santa Marija ta' Ħad Dingli.  Ikun hemm akkumpanjament bil-logħob tan-nar u diversi kaxxi infernali organizzat mill-Għaqda Dilettanti tan-Nar kemm mis-Swatar u anki minn fuq il-bejt tal-Jesmond Sporting Club ta’ Triq il-Kappillan Mifsud. Fid-dħul tal-purċissjoni tingħata tislima lill-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni min-nies miġbura quddiem il-knisja  Tinħaraq kaxxa infernali tal-kulur.

 

It-Tnejn 4 ta' Lulju:  Fis-6.30pm quddiesa ta' radd il-ħajr mill-Kappillan Dun Mario Mifsud bis-sehem tal-għaqdiet u l-parruċċani.