. FESTA KUNCIZZJONI HAMRUN

TAGHRIF STORIKU U KONTEMPORANJU DWAR IL-FESTA TAL-IMMAKULATA KUNCIZZJONI, IL-PARROCCA U L-HAMRUN


 

FESTA 2009

 

Il-festa giet u marret, izda warajha halliet memorji mill-isbah, memorji ta’ sodisfazzjon u ferh.  U dan ghaliex din is-sena rega` kellna festa mill-aqwa, fejn ghal darba ohra spikkat ir-rabta kbira li tezisti bejn l-ghaqdiet li jahdmu ghall-festa.  Kellna armar gdid, xoghol tad-drapp u tal-injam mill-isbah, kellna marcijiet mill-aqwa, kellna wkoll erba` pubblikazzjonijiet fosthom dak mahrug mill-ghaqda taghna, l-Grupp Armar Festa.  Barra dan kollu, f’kull mument u waqt ic-celebrazzjonijiet esterni kellna wkoll partecipazzjoni kbira minn nies li hargu minn djarhom sabiex flimkien maghna gew jiccelebraw il-festa tal-patruna taghna, l-Immakulata Kuncizzjoni.  Kemm kien hemm nies lejlet il-festa ghall-giggifogu u kemm kien hemm izjed ghall-hrug u ghad-dhul tal-purcissjoni!!  Dan kollu jaghmillek kuragg li tkompli tahdem ghal sena shieha, sabiex jekk Alla jrid, il-festa tas-sena d-diehla tkun isbah.

 

Jekk naghtu harsa hafifa lejn il-programm tal-festa naraw illi kemm fil-knisja kif ukoll barra kellna attivitajiet lil laqtu lil kulhadd.  Hawnhekk naraw il-maturita` u l-ghaqal ta’ min fassal il-programm festa 2009. 

 

Kemm kien sabih il-hrug tal-istatwa minn nicca, kemm nies honqu l-knisja dakinhar, kemm capcip u ferh, ferh genwin, ferh li jinhass darba fis-sena matul il-festa taghna.  Il-carcade mat-toroq, b’numru ta’ karozzi jallegraw bit-daqq tal-hornijiet.  Kulhadd hiereg mid-dar tieghu sabiex isellem lill-istatwa armata fuq it-trakk segwita minn numru kbir ta’ karozzi.  Il-Lejla Maltija fil-pjazza, kemm nies attendew, lejla mill-isbah fejn l-ikel u x-xorb ma naqasx, flimkien mal-loghob tat-tombla.  Gest nobbli sar is-Sibt filghodu, dakinhar tal-hrug tal-vara min-nicca meta gie il-Mobile Blood Unit u numru ta’ parruccani marru jaghtu d-demm sabiex jghinu lil min hu fil-bzonn.

 

Il-Hadd 28 ta’ Gunju fil-knisja gie ccelebrat Jum iz-Zghazagh u filghaxija kellna ikla ghad-dilettanti tal-festa bl-attendenza tkun tabilhaq numeruza.  Il-Hamis 2 ta’ Lulju gie mfakkar Jum il-Komunita`, l-ewwel b’quddies u wara b’riceviment.  Imbaghad dakinhar filghaxija kellna programm vokali u strumentali mill-banda taghna.  Ghalih attendew hafna u hafna nies.  Kien programm mill-aqwa, muzika mill-isbah……. siltiet muzikali ta` "The Village People", "Abba", "Speed Gonzales" u tant ohrajn.  Dan kollu sar frott il-hidma kontinwa tal-membri tal-kumitat u d-dirigenti tal-banda. 

 

Il-Gimgha, l-ahhar tat-tridu fil-knisja gie ccelebrat Jum il-Familja.  Filghaxija sar marc mill-isbah mat-toroq tal-parrocca fejn spicca bil-prezentazzjoni tal-bukketti lill-Madonna, quddiem il-knisja.

 

Lejlet il-festa beda bit-Translazzjoni Solenni mill-kappella tal-Adorazzjoni sal-knisja.  Imbaghad aktar tard filghaxija kellna marc mill-aqwa u wara giggifogu mal-muzika u kaxxa infernali tal-kulur.  X’attendenza kellna dakinhar!!  Kemm nies gew jaraw il-loghob tan-nar tal-art u dan bir-ragun ghax dan hu l-uniku giggifogu fil-Hamrun!!

 

Imbaghad Jum il-Festa, x’jum specjali dak hux!! Dan il-jum beda bil-quddiesa solenni tal-festa u wara kellna l-marc tradizzjonali u brijuz ta’ filghodu.  Kemm briju, kemm bnadar u bziezaq, hemm zghazagh u rgiel qabzu u kantaw flimkien mal-marci brijuzi tal-banda taghna.  Hekk ghandu jkun il-marc, bla nkwiet u glied u b’atmosfera ta’ hbiberija lejn xulxin.  Fuq kollox dakinhar filghodu kien jum specjali, jum ta’ divertiment u ferh ghad-dilettanti tal-festa u ghall-parruccani.  Filghaxija mbaghad harget il-purcissjoni, b’tant nies li nfexxew f’capcipa wahda, hekk kif is-sabiha taghna tfaccat fil-bieb tal-knisja. Hawnhekk indaqq l-innu u wara nharqet kaxxa infernali, xoghol l-ghaqda tan-nar taghna.  Imbaghad matul il-purcissjoni kemm nies imlew it-toroq tal-parrocca, kemm kaxxi infernali gew mahruqa, sakemm bil-mod il-mod l-istatwa regghet dahlet lura fil-knisja fost ic-capcip tal-gemgha migbura fil-knisja.

 

Biss dan kollu ma sarx wahdu, sar minn nies dedikati u li tant ihobbu lill-festa.  Ghalhekk u minn hawn hekk se nerga` niehu l-okkazjoni sabiex nirringrazzja lil kull min hadem ghal din il-festa.  Nibda bil-kappillan taghna Dun Salv, il-membri numeruzi tal-Grupp Armar Festa, l-Ghaqda Muzikali Immakulata Kuncizzjoni, il-Kummissjoni Festa, l-Ghaqda Dilettanti tan-Nar u mhux b’inqas il-Kunsill Lokali.  Grazzi lilkom kollha hbieb.  Kien bis-sahha tal-hidma u l-ghaqda li tezisti fostna, li ghal sena ohra rega` kellna festa sabiha, festa li taghmlilna unur u li taghmilna kburin illi ahna tal-KUNCIZZJONI TAL-HAMRUN.  Ghal sena ohra mela hbieb.  Sena ohra se jerga` jkollna festa isbah, festa ikbar, festa li ahna ta' kull sena niccelebraw ad unur il-patruna taghna l-IMMAKULATA KUNCIZZJONI.  Mela narawkom jekk Alla jrid!!

 

VIVA L-FESTA LI AHNA TAL-ARMAR TANT INHOBBU!!