
DIN IL-PAGNA HI DDEDIKATA LIL DAWK IL-PERSUNI
LI TUL HAJJITHOM KOLLHA HADMU BLA WAQFIEN
GHALL-GID TAL-KOMUNITA`TAL-PARROCCA TAGHNA.
PAWLU BURLO`
Fundatur tal-Oratorju tal-Immakulata Kunzcizzjoni
Pawlu Burlo` twieled il-Belt
Meta Pawlu nghaqad fis-sagrament taz-zwieg ma` Karmena hu mar joqghod il-Hamrun fi Triq Vitale, numru 30. Hemm hekk hu kompla bit-tradizzjoni li jkollu kappella ckejkna sabiex fiha, flimkien mal-familja jghidu r-ruzarju ta’ kuljum. Miz-zwieg tieghu ma Karmena hu kellu erba` wlied. Is-sengha ta’ Pawlu kienet ta’ landier.
Fix-xahar ta’ Mejju tal-1920 Pawlu kienet gietu l-idea li ghal dak ix-xahar jistieden lit-tfal tal-inhawi sabiex flimkien mal-familja tieghu jghidu r-ruzarju. Imbaghad fl-ahhar tax-xahar hu kien ghamlilhom festin zghir. Sena wara Pawlu rega` ghamel l-istess izda din id-darba, flimkien mat-tfal gew ukoll il-genituri u nies ohra li kienu joqghodu fil-qrib u dan wassal sabiex ma kienx hemm spazju bizzejjed fejn joqghodu. Minhabba f’hekk Pawlu kien kera terran fl-istess triq, numru 15 u fih ghamel kappella ddedikata lil Immakulata Kuncizzjoni.
Naraw illi mbaghad fil-bidu tas-snin 30 hu kera terran fi Triq id-Duluri proprjeta tas-sur Toni Grech u hemm hekk hu ghamel kappella akbar, flimkien ma`sagristija u gallerija ghall-kor.
Pawlu Burlo` miet nhar l-20 t’Ottubru tal-1950 fl-eta` ta’ 73 sena. Ghall-funeral tieghu attendew kwazi n-nies kollha tal-inhawi u dan biex jirringrazzjawh tal-gid kbir li hu ghamel tul hajjtu kollha. Hu kien il-bniedem li beda d-devozzjoni lejn l-Immakulata u li wasslet sabiex illum fil-Hamrun hemm il-parrocca ddedikata lil Marija Immakulata. Fis-santa tal-mewt tieghu kien hemm miktub hekk:
“IN MEMORIAM
Itolbu ghar-ruh ghaziza ta’
PAWLU BURLO`
Fundatur ta’ l-Oratorju Imaculata Conezzjoni Hamrun
Wara hajja ta’ 73 sena kollha hidma ghal gid tat-tfal ta’ l-Oratorju
U wara li gie ic-confortat bis-Sagramenti Mqaddsa
halla dan il-wied tad-dmugh fl’20 ta’Ottubru, 1950
Halla jibku it-telfa tieghu lil martu l-uliedu, kraba u hbieb.”
- - - - - - - - - - - - - - - - -
CHARLIE ZERAFA
Charlie s-sagristan, hekk se jibqa` mfakkar fostna li ghal tant snin hdimna flimkien mieghu ghall-gid tal-parrocca taghna. Charlie twieled nhar id-9 ta' Jannar tal-1953 minn Pawlu u Guza Galea. Hu beda l-istudju tieghu fl-iskola primarja tal-gvern fil-Hamrun u kompla fis-Seminarju l-Furjana.
Charlie beda` jiffrekkwenta l-knisja tal-Kuncizzjoni meta kien ghadu daqsxejn ta’ tfajjel, ghamel zmien twil bhala abbati sabiex imbaghad mas-snin hu ha f’idejh ix-xoghol ta’ sagristan, xoghol li hu ghamel b’dedikazzjoni kbira sal-gurnata tal-mewt tieghu. Matul dawn is-snin Charlie ta dak kollu li seta`sabiex illum ghandna parrocca organizzata u mill-aqwa. Barra li kien sagristan, hu kien ukoll dilettant kbir tal-festa, kemm tal-festi tal-knisja, kif ukoll ta’ barra. Kemm zejjen toroq ghall-festa u kemm ferah flimkien maghna waqt il-marcijiet u l-purcissjoni, kemm kanta
l-antifona u l-innu tal-Immakulata Kuncizzjoni.
Nistghu nghidu li ma kienx ikun hemm bicca xoghol li fiha ma kienx ikun imdahhal u dan juri l-imhabba li biha serva tul is-snin kollha li hadem fil-parrocca taghna. Bhala sagristan tal-knisja l-hidma tieghu kienet infinita u indispensabbli, dejjem ihejji, jarma u jirranga l-altar u l-knisja, l-ilbies tas-sacerdoti ghall-quddies, t-tizjin tal-altar u tal-knisja, jaqra, ikanta, idoqq il-qniepen u jorganizza kwalunkwe attivita` li tkun se ssir. Ghal snin twal hu kien ukoll jiehu hsieb l-abbatini tal-parrocca u kien ukoll
membru attiv hafna fil-Kummissjoni Festa.
Barra dan kollu ghall-zmien twil Charlie kien jiehu sehem fl-organizzazjoni tas-serati li kienu jsiru fis-sala parrokkjali fis-snin 70 u 80 u anki matul it-thejjija tac-Cenaklu Haj, fejn hawnhekk hu anki kien jaghmilha ta’ narratur. Kemm ipprepara u sajjar meta ta’ kull sena kienet issir l-ikla sabiex tfakkar il-pussess tal-kappillan, kemm qassam ikel waqt il-lejla Maltija li ta’ kull sena ssir matul il-granet tal-festa.
Barra dan kollu Charlie anki kien jiehu hsieb l-ufficcju parrokkjali billi jipprepara dak kollu mehtieg minn ‘Lehen il-Parrocca’ sal-kotba tal-kant. Ghal zmien twil hafna, meta hu kien ghadu zaghzugh, Charlie kien anki l-president tac-Centru taz-Zghazagh tal-parrocca. Kien anki membru attiv hafna fil-Kunsill Parrokkjali.
Charlie halli lil din id-dinja fost dieqa kbira nhar l-24 ta’ Jannar 2010 fl-eta` ta’ 57 sena u wara marda qasira. L-ahbar tal-mewt tieghu nxterdet bhal lehha ta’ berqa u fil-parrocca kienet tinhass it-telfa tieghu. It-telfa hija kbira wisq, izda Charlie se jibqa` monument haj, se jibqa` imfakkar ghal dejjem, ismu se jibqa` jissemma ghal hafna snin u dan ghaliex Charlie s-sagristan hadem u stinka bla heda fostna l-Hamrunizi tal-parrocca Immakulata Kuncizzjoni.